“Is-santwarji f’dan iż-żmien jieħdu qata'... Annimal mhux oġġett ta’ għażla bħala rigal”

  • Diċ 06, 2018 12:14
  • Miktub minn Anthea Cachia
"

     

    F’dan iż-żmien ta’ festi u ferħ tal-Milied wieħed mill-aktar mir-rigali mixtieqa u mitluba mit-tfal wara l-ġugarelli huma proprju l-annimali b’mod partikolari xi ġeru jew qattus żgħir u gustuż. Moira Delia, attivista favur id-drittijiet tal-annimali, tkellmet ma’ inewsmalta fejn saħqet li, “dan huwa l-agħar żmien fejn wieħed iġib ġeru għax in-nies ma jkunux verament ippreparati għalihom”. 

    Il-ġriewi innoċentament jagħmlu praspar u jaslu jigirfu u jqattgħu dak li jsibu quddiemhom, speċjalment dawk li jkunu għadhom mhux mgħallma. B’hekk Delia saħqet li, “jekk in-nies huma daqsekk iffissati, aħjar ma jġibu xejn mal-ewwel.”

    Minkejja l-ferħ li jġibu magħhom il-klieb il-ftit jaċċettaw il-fatt li r-rutina ta’ ħajjithom ħa tibda tirrivolvi madwarhom, b’hekk sfortunatament jaslu jabbandunaw il-klieb anke ftit ġimgħat wara li jkunu xtrawhom. 

    L-attivista favur l-annimali qalet li, “is-santwarji jieħdu qatgħa meta jasal dan iż-żmien tal-Milied għaliex jibdew jibżgħu li għaż-żminijiet ta’ bejn Jannar u Marzu l-ammont ta’ annimali abbandunati jirdoppja.”

    F’messaġġ lill-qarrejja tagħna Moira Delia qalet li, “importanti ħafna li dan m’huwiex żmien li nixtru frieħ ta’ qtates jew klieb għas-sempliċi raġuni li dawn huma ħelwin għax ħafna minnhom, eventwalment, jerġgħu lura għas-santwarju. Annimal mhux oġġett ta’ għażla bħala rigal, anzi rridu nistennew sa wara dawn il-festi biex inkunu nafu jekk aħniex verament lesti li jġibu u nrabbu kelb.”

    Ix-xewqa li jingħataw kelb jew annimal ieħor bħala rigal tal-Milied ħafna drabi tinbet meta t-tfal jaraw xi vidjows minn fuq siti tal-midja soċjali ta’ tfal kuntenti jilagħbu ma’ annimali, jew inkella jiġu mħajra minn xi ħbieb tagħhom fl-iskola.

    Fil-verità li jkollok annimal fid-dar m’huwiex biss pjaċir, iżda responsabbiltà lejn kreatura ħajja li għandha bżonn il-kura u l-attenzjoni tagħha. Isiru diversi kampanji biex l-annimali ma jingħatawx f’dagħdiha tal-mument bħala rigal fi żmien il-Milied. It-trobbijja ta’ annimal ma tirrikjedix biss ir-responsabiltà li tagħtih jiekol u saqaf fuq rasu, iżda wkoll ħin, paċenzja u anke ħsieb.

    Fost ir-responsabiltajiet li s-sid ta’ annimal ikollu huwa li dak li jekk iċ-ċirkostanzi jirrikjedu, issewwi l-klieb u/jew il-qtates li jrabbu magħhom fid-dar. Dan minħabba li hemm diversi benefiċċji tas-saħħa għall-annimali in kwistjoni fosthom  li dan it-tip ta’ intervent kirurġiku jagħti l-klieb u l-qtates ħajja itwal u jkunu aktar b’saħħithom. F’każ ta’ klieb nisa jitnaqqas iċ-ċans ta’ infezzjoni fl-utru, li ħafna drabi ma jindunawx bil-problema sakemm ma tkunx emerġenza, kif ukoll kanċer fis-sider.

    Fost il-vantaġġi oħra li wieħed isewwi l-annimal domestiku tiegħu, hemm li tikkontrolla l-populazzjoni tal-klieb u l-qtates li qiegħda dejjem jiżdiedu minħabba li t-tgħammir tal-annimali qed isir purament għal skop kummerċjali.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0