Każ ta' skabbja fi skola fil-Ħamrun

  • Diċ 06, 2018 12:48
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar li kien infurmat b'każ ta' skabbja fl-iskola primarja tal-Ħamrun.

    L-iskabbja hija infezzjoni tal-ġilda ikkawżata mid-dudu tal-iskabbja meta dan iħaffer f'wiċċ il-ġilda.

    Skont il-imsemmi ministeru, l-iskola li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca “ħadet il-miżuri neċessarji minnufih u saru l-interventi skont il-proċeduri normali f'dawn il-każijiet”.

    L-iskabbja hija meqjusa bħala infezzjoni li mhix infettiva ħafna u għalhekk ir-riskju li tfal oħra jkunu esposti għaliha huwa meqjus bħala baxx.

    F'każijiet fejn ikun rappurtat każ ta' skabbja, il-ġenituri tat-tfal fl-iskola fejn ifeġġ jirċievu ittra mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard.

    Fiha huma jiġu mitluba josservaw it-tfal biex jaraw jekk jaqbadhomx ħakk intensiv, speċjalment bil-lejl, u raxx fis-sitt ġimgħat ta' wara.

    Ir-raxx jidher l-iktar bejn is-swaba tal-idejn, il-polz, il-qadd, il-minkeb, l-abt tad-driegħ, il-partijiet privati fosthom il-warrani, taħt is-sider u fil-koxoxo.

    Is-sintomi ġeneralment jiżviluppaw bejn ġimgħatejn u sitt ġimgħat wara l-ewwel kuntatt mal-persuna nfettata mentri persuni li diġa kellhom lilha jistgħu jiżviluppaw is-sintomi bejn ġurnata u erbat ijiem wara.

    L-awtoritajiet tas-saħħa jħeġġu wkoll lill-ġenituri li jekk uliedhom jiżviluppaw sintomi ta' din l-infezzjoni mhux biss ikellmu lit-tabib imma anke jinfurmaw lill-kap tal-iskola.

    L-aħħar każ ta' skabbja ma kienx l-ewwel wieħed fi skejjel li jaqgħu taħt il-Kulleġġ San Ġorġ Preca hekk kif matul ix-xahar li għadda ġew rappurtati każijiet oħra fih.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0