ARA: Briju kbir għall-festa liturġika ta’ San Nikola fis-Siġġiewi

  • Diċ 06, 2018 13:47
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    It-temp sabiħ li ħareġ kompla ħeġġeġ lil bosta nies, fosthom studenti tal-iskola primarja tas-Siġġiewi sabiex joħorġu fit-toroq biex jiċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Nikola.

    Il-bidu ta’ din il-festa kien permezz ta’ purċissjoni li telqet mill-iskola primarja tas-Siġġiewi u baqgħet għaddejja sal-Knisja, imżewqa bil-preżenza tal-abbatini, qassisin u ż-żewġ baned tar-raħal.

    B’sodisfazzjon kbir kienu proprju l-istudenti li refgħu l-istatwa replika ta’ San Nikola għall-purċissjoni.

    Wara saret quddiesa fil-Knisja Parrokkjali bis-sehem tat-tfal tal-iskola u l-baned tal-lokal.

    Il-festa liturġika ta’ San Nikola tiġi ċċelebrata fis-6 ta’ Diċembru u tagħti bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied. Fil-fatt San Nikola huwa assoċjat mal-Milied hekk kif il-valuri tiegħu ta’ karità u ġenerożità ispiraw il-karattru ta’ Santa Klaws, figura li żgur mhux forsi tferraħ lil għexieren ta’ tfal. 

    Ritratti: Charles Vassallo, Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0