L-assentejiżmu fl-iskejjel jonqos b'25%

  • Diċ 06, 2018 14:33
  • Miktub minn iNews
"

    Rapport li ħejja l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) dwar l-edukazzjoni juri kif bejn is-sena akkademika 2012/2013 u dik 2016/2017 l-assentejiżmu fl-iskejjel naqas b'25.1%.

    Waqt li l-assentejiżmu ġustifikat naqas b'24.2% fuq l-istess perjodu, dak li għalih ma kienx hemm permess naqas b'26.6%.

    Fil-fatt waqt li fis-sena skolastika 2012/2013 kien hemm 710,161 jum ta' assentejiżmu fost l-istudenti tal-primarja u s-sekondarja, f'dik 2016/2017 niżlu għal 531,730 jiġifieri tnaqqis ta' 4.6%.

    L-assentejiżmu awtorizzat fuq dan il-perjodu niżel minn 434,899 għal 329,626 jew 3.7% mentri dak mhux awtorizzat naqas min 275,262 għal 202,101 li jfisser tnaqqis ta' 5.9%.

    Iċ-ċifri juru li matul is-sena skolastika 2016/2017 l-ikbar ammont ta' assentejiżmu kien rappurtat minn studenti fil-Form 5, bir-rata tkun ta' 15%, mentri l-istudenti fil-Year 6 l-inqas li fallew skola bl-ammont ikun 6.2%.

    L-istudenti tal-Form 5 kienu wkoll l-ikbar faxxa ta' studenti li ma kienux awtorizzati biex ifallu l-iskola bi 17.7% ta' dawk li naqsu li jattendu ma jagħtux raġuni valida għala.

    Fuq in-naħa opposta, l-istudenti fil-Year 3 kienu l-inqas faxxa li ma ġġustifikatx in-nuqqas tagħhom fil-klassi b'5.9%.

    L-istatistika turi li fuq dawn il-ħames snin skolastiċi

    L-istudju sab li fejn jidħlu s-sess il-bniet fallew inqas klassijiet mis-subien għalkemm dawn tal-aħħar naqsu l-jiem li ma attendewx l-iskola.

    L-assentejiżmu awtorizzat fis-sena skolastika 2016/2017 qabeż dak mhux awtorizzat f'kull livell ta' eta ħlief fir-rigward ta' studenti li għandhom 16-il sena jew aktar.

    Fil-fatt waqt li kien hemm 3,782 jum ta' assentejiżmu mhux permess fost dawk ta' aktar minn 16-il sena kien hemm 3,086 jum ta' assentejiżmu awtorizzat fl-istess faxxa.

    Dan meta fost studenti ta' bejn il-11-il sena u l-15-il sena d-differenza kienet ta' 123,990 jum ta' assentejiżmu mhux awtorizzat u 184,698 jum li kien awtorizzat; fost tfal bejn sitt snin u 10 snin kien hemm 61,296 jum mhux awtorizzat kontra 112,947 awtorizzat u fit-tfal taħt il-ħames snin kien hemm 13,034 jum fejn l-istudenti ma kellhomx permess ifallu l-iskola u 28,898 li iva.

    L-ikbar tnaqqis fl-assentejiżmu mhux permess kien innutat fil-Form 4 fejn bħala medja fuq il-ħames snin kull student naqqas il-jiem li m'attendix l-iskola bi 2.6-il jum.

    L-inqas rata ta' tnaqqis kien osservata fl-istudenti tal-Year 6 fejn fuq l-imsemm perjodu l-jiem assenti mill-iskola ta' kull student naqsu b'0.8%.

    L-NSO sab ukoll li l-istudenti li joqgħod Ħ'Attard kienu l-inqas li fallew skola b'medja ta' 7.5 ijiem b'dawk f'Bormla l-iktar li fallew b'medja ta' 23.7 jum kull student.

    L-iskejjel tal-Istat raw l-ikbar persentaġġ ta' assentejiżmu, kemm jekk ġustifikat kif ukoll jekk le, meta mqabbel ma' dawk tal-Knisja u l-indipendenti.

    L-iskejjel privati kellhom l-inqas rata ta' assentejiżmu awtorizzat b'medja ta' 4.8 jum kull student mentri l-iskejjel tal-Knisja kellhom l-inqas rata ta' assentejiżmu mhux awtorizzat b'1.7 jum għal kull student.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0