Raġel mixli b’serq minn residenzi tal-ġirien

  • Diċ 06, 2018 15:11
  • Miktub minn iNews
"

    Ġuvni ta’ 26 sena minn Bormla, li allegatament seraq minn ġewwa r-residenzi tal-ġirien tiegħu biex imanti l-vizzju tiegħu tad-droga, baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi li nġiebu kontrih.

    Leslie Farrugia tressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke akkużat bi tliet każijiet ta’ serq allegatament imwettqa fuq medda ta’ għaxart ijiem kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li kienu ġew imposti fuqu.

    F’okkażjoni partikolari, huwa allegatament seraq rota u pittura ta’ valur. L-iktar każ riċenti seħħ fl-1 ta’ Diċembru fejn qed ikun allegat li seraq xi dekorazzjonijiet tad-dar.

    Fil-Qorti saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu, liema talba ġiet miċħuda u għalhekk baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv. 

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Eman Hayman u Mario Xiberras.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0