Ħeb għat-tifel ta' eks-ministru talli tajjarlu t-tfajla

  • Diċ 06, 2018 16:21
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 46 sena minn Ħaż-Żebbuġ ġie ordnat jagħmel 480 siegħa xogħol fil-kommunita wara li nstab ħati li ta bil-ponn iben eks-ministru wara li dan laqatlu t-tfajla bil-karozza.

    Philip Cauchi kien mixli mill-Assistent Kummissarju Martin Sammut li fil-5 ta' Marzu 2006, f'xi ħin bejn it-3.00 a.m. u l-4.00 a.m. ġo parkeġġ f'Paceville, ipprova joqtol jew iqiegħed fil-periklu ħajjet Tonio Zammit li jiġi iben l-eks-Ministru Ninu Zammit u li dak iż-żmien kellu 19-il sena.

    Mill-provi li tressqu quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia rriżulta li Cauchi kien fil-kumpanija tat-tfajla tiegħu Antonella Cutajar ġol-karozza misjuqa minnha.

    Meta kienet ħierġa mill-parkeġġ għaddiet karozza li laqtet il-Fiat Punto ta' Cutajar u baqgħet sejra. Cauchi ħareġ jiġri warajha biex jipprova jeħdilha n-numru tar-reġistrazzjoni u f'dan il-ħin għaddiet karozza misjuqa minn Zammit li laqtet lil Cutajar.

    X'ħin ra hekk Cauchi mar fuq Zammit u beda jagħtih bil-ponn bil-vittma mar jitlob l-għajnuna lil xi membri tas-sigurta tal-parkeġġ.

    Għalkemm l-akkużat u t-tfajla tiegħu sostnew li Zammit intlaqat minn karozza u b'hekk kellu l-ġrieħi li kellu, tobba li xehdu sostnew li l-ġrieħi kienu kompatibbli ma' daqqiet bil-ponn.

    Cauchi ammetta li ħebb għal Zammit għax kien irrabjat li tajjarlu lit-tfajla u talab skuża lill-vittma imma l-Maġistrat Farrugia għamlitha ċara li ma kienx ġustifikat li jaġixxi kif aġixxa.

    Madankollu hija irrimarkat li l-kondotta tiegħu kienet nadifa u ma kienx ħaqqu jintbagħat il-ħabs u għalhekk waqt li sabitu ħati li aggredixxa lil Zammit ordnatlu jagħmel 360 siegħa xogħol fil-kommunita.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0