Il-familja ta' Justyne Caruana ilha sena taħt il-protezzjoni tal-Pulizija

  • Diċ 06, 2018 17:40
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana żvelat fil-Parlament kif il-familja tagħha ilha għal dan l-aħħar sena taħt il-protezzjoni tal-Pulizija minħabba l-attenzjoni li ntefgħet fuqha b'rabta mal-fatt li r-raġel tagħha kien qed jinvestiga d-delitt ta' Daphne Caruana Galizia.

    L-Assistent Kummissarju Silvio Valletta, li jiġi r-raġel ta' Caruana, twaqqaf mill-Qorti Kostituzzjonali milli jkompli jinvestiga l-qtil wara insistenza mill-familjari ta' Caruana Galizia.

    Hekk kif il-Parlament bħalissa qed jiddiskuti mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni biex il-Gvern jaħtar inkjesta pubblika u biex jirriżenjaw il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali, il-Ministru Caruana talbet li ma tieħux sehem fid-diskussjoni kemm biex tħalli l-proċess demokratiku għaddej bla xkiel kif ukoll biex tmur id-dar tikkonforta lil uliedha.

    Hija nsistiet li bħala familja qed tħallas il-prezz għal dan kollu u waqt li rrimarkat kif uliedhom ma jistgħu jifhmu għaliex qed jiġu trattati b'dan il-mod qalet li tixtieq tassigurahom li missierhom wettaq dmiru kif suppost u la huwa u lanqas m'għandhom x'iħamrilhom wiċċhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0