Rekord ġdid għal Malta Public Transport

  • Diċ 06, 2018 18:34
  • Miktub minn iNews
"

    Malta Public Transport wasslet il-50 miljun passiġġier tagħha il-Ħamis 6 ta’ Diċembru, b’rekord ġdid għat-trasport pubbliku f’Malta.

    “Ħamsin miljun passiġġier f’sena waħda hija kisba importanti għall-operat tagħna f’Malta. L-istrateġija tagħna kienet dejjem waħda li nieħdu vantaġġ mill-esperjenza internazzjonali tagħna u nadattawha għall-kuntest lokali, u kburin li llum ilħaqna dawn ir-riżultati pożittivi” qal Konrad Pulé, General Manager ta’ Malta Public Transport.

    Din kienet sena rekord oħra għat-trasport pubbliku f’Malta, bin-numri stmati li jaqbżu il-52 milun sal-aħħar tas-sena. Dawn il-figuri jfissru li Malta Public Transport rreġistrat żieda ta’ 30 fil-mija fil-passiġġieri mill-2015, l-ewwel sena ta’ operat. Iż-żieda fil-passiġġieri saret fil-kategoriji kollha, kemm resident, kif ukoll turisti.

    Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali tenna “Dan il-Gvern jemmen li t-trasport pubbliku huwa mezz importanti li jista’ jgħin fl-isfida tal-konġestjoni u tat-traffiku. Nemmnu wkoll illi t-trasport pubbliku mingħajr ħlas għandu jkun ta’ benefiċċju għal bosta familji u ġħalhekk kif fis-sena 2017, tajna t-trasport b’xejn liż-żgħażagħ ta’ 18-il sena, matul is-sena 2018, estendejna din l-iskema u inkludejna lil dawk kollha li għandhom minn 16 sa 20 sena. Kienet inizjattiva li ħalliet riżultati importanti - inizjattiva li tfisser li aktar minn 21,000 żagħżugħ u żagħżugħa ffrankaw aktar minn €1.5 miljun u gawdew minn aktar minn 3.6 miljun vjaġġ b’xejn. U għalhekk iddeċidejna li nkomplu nibnu fuq dawn is-suċċessi u fis-sena 2019 ser inkunu qed nallokaw iktar minn €3 miljun biex nagħtu t-trasport pubbiku b’xejn lil kull min għandu bejn 14 u 20 biex issa l-benefiċċju ta’ din il-miżura jgawdu minnha iktar minn 27,000 żagħżugħ u żagħżugħa. Dan flimkien mal-fatt li ser inkunu qed nagħtu anke l-istess benefiċċju lil kull min għandu ‘l fuq minn 20 sena u qiegħed jistudja full time filwaqt li qegħdin ukoll niddiskutu mal-entitajiet konċernati biex inkunu nistgħu noffru anke trasport b’xejn lil min għandu diżabilità. Il-ħidma tagħna ser tkompli kemm biex inkomplu intejbu dawn il-numri flimkien ma’ ħidma mal-operatur biex dan is-servizz ikompli jitjieb.”

    Kathleen ingħatat sorpriża meta ġiet ippreżentata bi btala fi Spanja għal tnejn min-nies kif ukoll sena vjaġġi b’xejn ma’ Malta Public Transport. Il-passiġġiera kienet milqugħa fil-venda tal-Belt mill-General Manager ta’ Malta Public Transport Konrad Pulé, li ppreżentalha r-rigal.

    “Nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tagħna li, mingħajr id-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom, dan is-suċċess ma kienx ikun possibbli,” tenna s-sur Pulé. “Nirringrazzja wkoll lill-klijenti kollha u niżgurahom li se nkomplu naħdmu sabiex nibqgħu ntejbu s-servizz tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0