''Inkjesta pubblika wara inkjesta maġisterjali''

  • Diċ 06, 2018 19:42
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici iddikjara fil-Parlament li inkjesta pubblika m'għandix issir b'mod parallel ma' inkjesta maġisterjali imma wara.

    Huwa iddikjara dan waqt is-seduta parlamentari tal-Ħamis wara nofsinhar li fiha ġiet diskussa mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni b'rabta mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 

    Fil-mozzjoni tagħha l-Oppożizzjoni talbet għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija, li jkun hemm inkjesta indipendenti mill-Pulizija u li jinħatar bord ta' inkjesta li fi żmien sitt xhur iħejji rapport dwar jekk il-pajjiż kienx jaf bit-theddida li kien hemm fuq ħajjet Caruana Galizia u jekk l-awtoritajiet ħadux passi biex jipproteġu ħajjitha.

    Il-vot dwar il-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni se jittieħed fit-12 ta' Diċembru li ġej.

    Bonnici beda biex faħħar il-ħidma li qed iwettqu l-investigaturi, il-prosekuturi u l-ġudikanti b'rabta ma' dan il-każ u sostna li dawk involuti fl-investigazzjoni qed jipperikolaw lilhom infushom f'dan il-każ jaħraq u għalhekk jeħtiġilhom ir-rispett.

    Waqt li nsista li l-Gvern ingħata parir li fejn ikun hemm inkjesta maġisterjali ma jistax ikun hemm inkjesta amministrattiva u li inkjesta pubblika ssir wara, Bonnici fakkar li f'dan il-każ l-awtoritajiet Maltin kellhom l-għajnuna ta' dawk barranin u saħaq li l-investigazzjoni għadha għaddejja biex jinstab min kien il-moħħ wara d-delitt tas-16 ta' Ottubru 2017.

    Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia irrimarka li huma mhux qed jitolbu inkjesta oħra biex jinstab min kien il-moħħ wara l-qtil imma  biex jiġi stabbilit jekk l-awtoritajiet kienux jafu bil-periklu li kien hemm fil-konfront ta' Caruana Galizia, jekk setgħetx tiġi protetta u x'jista' jsir biex jiġu protetti ġurnalisti oħra.

    Huwa insista li l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija għandhom jitneħħew għax huma “għodda fqira u fjakka f'idejn il-Gvern biex jużahom meta jrid hu”.

    Fost id-deputati li intervjenew kien hemm Marlene Farrugia li talbet biex tinħatar kummissjoni indipendenti mill-politika u l-Pulizija biex minbarra li tinvestiga id-delitt ta' Caruana Galizia tinvestiga wkoll dawk ta' Karin Grech u Raymond Caruana.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0