Owen Bonnici jikkjarifika storja dwar Brian Tonna

  • Diċ 06, 2018 20:12
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici iddefenda d-deċiżjoni tiegħu li jaħtar lil Brian Tonna bħala konsulent tiegħu fil-leġislatura preċedenti.

    Huwa kien mistoqsi mill-Whip tal-Gvern Byron Camilleri biex jirreaġixxi għal rapport li deher f'ġurnal lokali dwar kemm ħa flus f'din il-konsulenza l-istess Tonna.

    Bonnici beda biex għamilha ċara li kull ministru jista' jaħtar sa erba' konsulenti fuq bażi fultajm biex jagħtuh pariri ta' natura teknika u nsista li l-ħlas ma jiddeċidihx il-ministru imma hemm kriterju li kien użat anke mill-amministrazzjoni preċedenti.

    Huwa saħaq li ħatar lil Tonna biex ikun konsulent dwar il-fondi tal-UE b'rabta mal-infrastruttura kulturali peress li l-Gvern applika għal numru kbir ta' finanzjament mingħandha.

    Huwa sostna li ma jistax jifhem għaliex l-istorja ġiet ippubblikata issa meta huwa kien diġa ta l-informazzjoni dwarha f'Mejju 2016 għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

    Waqt li rrimarka kif dakinhar ħadd ma ġab l-istorja, Bonnici iċċara li wara li ssejħet l-elezzjoni ġenerali tal-2017 u sar il-ministru responsabbli mill-kultura iddeċieda li jaħtar konsulenti differenti.

    Bonnici iddikjara wkoll li ma kien hemm ebda relazzjoni bejn id-deċiżjoni tiegħu dwar Tonna u l-inkjesta maġisterjali li għaddejja fil-konfront tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0