Tlesta l-proċess ta’ tqassim ta’ stikek tad-dijabete

  • Diċ 06, 2018 20:34
  • Miktub minn iNews
"

    Persuni li jbatu mill-marda tad-dijabete u li huma reġistrati fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) ma’ spiżeriji fil-lokalità ta’ Birkirkara fil-jiem li għaddew bdew jaslulhom l-ittri li jintitolawhom għall-ġbir ta’ stikek tad-dijabete mill-istess spiżeriji. B’hekk tlesta l-proċess ta’ din il-forma ta’ tqassim u issa kull persuna f’Malta u f’Għawdex li tbati mill-marda tad-dijabete u li tieħu mediċina biex tikkontrolla din il-kundizzjoni għandha din il-faċilità, u kif pjanat sa tmiem din is-sena se jkun intlaħaq kull min hu intitolat.

    Hu kkalkulat li ta’ kull sena se jitqassmu madwar 18-il miljun stikka lil madwar 30,000 persuna dijabetika bi spiża ta’ madwar miljun ewro. Il-proġett kien beda fis-sena 2016 fejn l-ewwel li bdew jingħataw stikek tad-dijabete b’xejn kienu t-tfal. Wara, gradwalment, żdiedu d-dijabetiċi tat-Tip 1 kollha u wara d-dijabetiċi tat-Tip 2 li qegħdin fuq l-insulina. Wara dan il-proċess żdiedu d-dijabetiċi tat-Tip 2 li qegħdin fuq il-mediċina orali. Il-pazjenti fuq l-insulina kollha qed jingħataw erba’ stikek kuljum filwaqt li dawk fuq il-mediċina orali jingħataw stikka waħda kuljum. 

    Il-proċess kien inħadem b’mod li kull xahar kien isir it-tqassim permessi u ta’ meters u ta’ stikek f’għadd ta’ lokalitajiet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Ta’ kull ġimgħa issa jkomplu jitqassmu l-istikek fl-ispiżeriji kollha tal-POYC.

    Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne esprima sodisfazzjon li kollox mexa skont kif kien pjanat. “Għal darb’oħra qed tingħata prova tal-prijorità li l-Gvern jagħti lill-qasam tas-saħħa u tad-determinazzjoni tiegħu li mhux biss joffri l-kura b’xejn, imma li jipprovdiha bl-aktar mod komdu kemm jista’ jkun għaċ-ċittadin”, qal id-Deputat Prim Ministru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0