Arsenal jidentifikaw lid-difensur ta’ Genk, Jere Uronen

  • Diċ 07, 2018 00:26
  • Miktub minn iNews
"

    Arsenal identifikaw lill-player ta’ Genk, Jere Uronen, bħala s-suċċessur ta’ Nacho Monreal is-sajf li ġej.

    Il-Gunners żiedu t-tfittxija tagħhom għal difensur xellugi hekk kif Monreal se jħalli lill-klabb fl-aħħar tal-istaġun.

    Il-kuntratt tal-Ispanjol, fl-Emirates Stadium, jiskadi fis-sajf li ġej u d-diskussjonijiet fuq estensjoni tal-istess kuntratt ma ħallew l-ebda frott mixtieq.

    Il-manager ta’ Arsenal, Unai Emery, għamel lil Uronen bħala l-mira ewlenija tiegħu fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

    Il-kuntratt attwali tal-internazzjonali Finlandiż jintemm fl-aħħar tal-istaġun u jista’ jibda t-taħdidiet ma’ Arsenal f’Jannar li ġej.

    Monreal huwa wieħed mit-tliet players tal-ewwel team li se jħalli lill-Emirates Stadium bla ħlas flimkien ma’ Aaron Ramsey u Danny Welbeck.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0