Arkadiusz Milik jista’ jġedded ma’ Napoli

  • Diċ 07, 2018 00:28
  • Miktub minn iNews
"

    Huwa mument partikolari iżda pożittiv għall-attakkant Pollakk ta’ Napoli, Arkadiusz Milik. Dan reġa’ sab id-daħka fuq fommu wara li sab ix-xibka fil-partita kontra Atalanta u hemm ċans li l-Partenopei iġeddu l-kuntratt tiegħu għal aktar snin wara l-aħħar wirjiet li qed jagħti. Il-ftehim eżistenti jiskadi fis-sena 2021 iżda fuq dak li qed tara d-diriġenza Naplitana, ir-rieda li jiffirma kuntratt fit-tul qiegħda hemmhekk.

    Din il-possibilta’ qed dejjem tikber anke għax il-kowċ ta’ Napoli Carlo Ancelotti jogħġbu ħafna l-istil li qed jilgħab bih l-istess Milik u l-goal li skorja f’Bergamo kompla kkonvinċa sabiex jibqa’ magħhom.

    Arek, kif inhu magħruf, ilu ma’ Napoli sa mis-sena 2016 fejn skorja 15-il goal f’44 partita. Fl-ewwel staġun tiegħu mat-tim sofra injury li żammitu barra għal ħafna żmien. Huwa lagħab ukoll ma’ Ajax, Bayern Leverkusen u Augsburg.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0