Ignazio Abate kuntent ma’ Milan

  • Diċ 07, 2018 00:30
  • Miktub minn iNews
"

    Wara l-wirja kbira li kellu kontra Parma, id-difensur lemini ta’ Milan, Ignazio Abate, tkellem dwar il-mument feliċi li jinsab fih. Ma naqasx li jsemmi kemm hu kuntent mar-Rossoneri fejn għalkemm għandu 32 sena xorta għadu jħoss l-eċitament kull darba li jilbes il-flokk iswed u aħmar ta’ Milan.

    L-idea tal-istess Abate hi dik li jġedded il-kuntratt attwali sabiex jagħlaq il-karriera mal-club minn Milan. Fil-jiem li ġejjin mistennija jiltaqgħu Leonardo u l-aġent Mino Raiola sabiex jibdew id-dettalji ta’ dan it-tiġdid fil-kuntratt.  Abate beda l-karriera tiegħu ma’ Milan iżda għal bidu qatt ma kellu ċ-ċans jilgħab mal-kbar. B’hekk ġie misluf lil diversi timijiet fosthom Napoli, Piacenza u Modena.

    Fl-2007 ġie akkwistat minn Empoli fejn magħhom għamel staġun wieħed biss qabel mar ma’ Torino.  Eventwalment inxtara minn Milan fl-istaġun ta’ wara sabiex issa ilu disa’ snin jilbes dan il-flokk fejn matulhom lagħab 233 logħba u skorja tliet goals.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0