Ċikliżmu: Issir b’suċċess il-ħames edizzjoni tal-BMX Fest

  • Diċ 07, 2018 00:44
  • Miktub minn iNews
"

    Bejn it-30 ta’ Novembru u t-2 ta’ Diċembru, il-Malta BMX Association ospitat il-ħames edizzjoni tal-BMX Fest – L-edizzjoni internazzjonali tal-Milied fil-BMX Warehouse f’Pem­broke.

    Aktar minn 30 ċiklist barrani ġew Malta għal dan l-avveniment fejn 22 atleta ta’ livell internazzjonali fil-BMX ikkompetew matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

    Il-kompetizzjoni ewlenija saret il-Ħadd waqt il-kompetizzjoni Open fejn 18-il atleta tal-BMX ħadu sehem, b’erbgħa minnhom ikunu atleti lokali.

    Kien iċ-ċiklist Olandiż, Jari Roggeveen, li kiseb it-tielet pożizzjoni, bl-atleta mill-Ingilterra Jack Mould iniżżel ismu fit-tieni post filwaqt li l-Olandiż, Tom van den Bogaard, iddefenda b’suċċess it-titlu li rebaħ is-sena l-oħra.

    Kompetizzjoni msejħa Best Trick saret ukoll waqt il-kompetizzjoni open li kienet mirbuħa mill-Britanniku Jack Mould. F’aktar kategoriji, l-aqwa ċiklist lokali kien Karl Naja filwaqt li l-aqwa wieħed promettenti kien Luke Farrugia.

    Ir-riżultati kollha kienu dawn:

    BMX Park Grupp B:

    L-ewwel post - Mike Borg Grech

    It-tieni post - James Grech

    It-tielet post - Samuel Pullicino

    BMX Park Grupp A:

    L-ewwel post - Raimonds Bumeisters

    It-tieni post -  Gianni Zahra

    It-tielet post - Luke Farrugia

    Bunny Hop Competition: Gianni Zahra

    Game of Bike Grupp A: Gianni Zahra

    Game of Bike Grupp B: Sheldon Calleja

    Game of Scoot: Shaun Alfalah 

    L-assoċjazzjoni xtaqet tirringrazzja liċ-ċiklisti barrani li ġew Malta għal dan l-avveni­ment u fuq kollox lil dawk l-atleti lokali li ħadu sehem fih.

    Finalment l-assoċjazzjoni tixtieq trodd ħajr ukoll lill-isponsors ta’ din l-attivitá li kienu Riot Boutique, Jump Street, Wheel Wizard (Malta), Avantech Ltd, Malta Tourism Authority, Mandali Shop BUFF, SportMalta, Pembroke Local Council u JV Pharma Match Ready li bis-saħħa tagħhom dan l-avveniment kien suċċess.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0