Pembroke Athleta: Imniedi programm ta’ żvilupp sportiv u skema ta’ appoġġ għal atleti elite

  • Diċ 07, 2018 00:52
  • Miktub minn iNews
"

    Pembroke Athleta Athletics & Triathlon Club (PAAT) nieda pjan li għandu l-għan li jsaħħaħ il-prestazzjonijiet tal-passat, li għamlu lill-istess PAAT il-club ewlieni fix-xena tal-atletika lokali u jagħmlu l-pass li jmiss bil-għan li jilħqu livelli ogħla.

    Dettalji ta‘ “Programm għall-Iżvilupp Sportiv” u “Skema ta’ Appoġġ għal Atleti Elite” ġew imħabbra matul laqgħa ta’ informazzjoni għall-membri tal-club li saret matul tmiem il-ġimgħa li għadda.

    Il-programm ta’ żvilupp sportiv huwa maħsub biex isaħħaħ l-iżvilupp ulterjuri tal-atleti u l-coaches tal-club billi jorganizza kliniċi u kampijiet ta’ taħriġ għall-atleti u coaches, biex jidentifika t-talent ġdid, biex jippreżenta lill-atleti bl-aħjar riżorsi possibbli biex iżommu l-momentum mibni f’dawn l-aħħar għexieren ta‘ snin, biex jippreżenta lill-membri tiegħu b’aktar opportunitajiet biex jipparteċipaw f’kom­petiz­zjonijiet internazzjonali kemm lokalment kif ukoll barra mill-pajjiż u fil-proċess jgħinu sabiex jgħollu l-livelli kompetittivi tal-atleti tal-club.

    Għalkemm id-dettalji tal-programm għadhom kemm ġew imħabbra, il-club ilu jaħdem għal xi xhur fuq dawn l-inizjattivi  liema ħidma diġá wasslet għall-aċċettazzjoni tal-PAAT bħala membru taċ-ċirkwit ta’ l-atletika EAP u fl-appoġġ ta‘ grupp ta’ mhux inqas minn 15-il membru tal-club li se jivvjaġġaw lejn Londra f’Jannar li ġej biex jieħdu sehem f’laqgħa ta’ atletika indoor.

    Sadanittant l-ewwel “EAP Malta International Athletics Meeting” huwa programmat għall-4 ta’ Mejju 2019, fejn atleti membri tal-EAP, atleti internazzjonali mhux membri tal-EAP u l-atleti lokali kollha jistgħu jieħdu sehem.

    Atleti (track and field u road running) u triatleti tal-club li jibdew mill-kategorija taż-żgħażagħ ‘il fuq, se jkunu eliġibbli għall-”Iskema ta‘ Appoġġ għal Atleti Elite”. Aktar minn 20 atleta huma mistennija li jibbenefikaw mill-iskema tal-PAAT għas-sena 2019. L-iskema tinkludi numru ta‘ benefiċċji li jvarjaw minn kits tal-clubs, assistenza finanzjarja, abbonament għal ċentru tal-fitness, skema ta’ supplimenti għall-isports u skema ta’ assikurazjoni sportiva.

    F’dan ir-rigward Pembroke Athleta Athletics & Triathlon jixtiequ jirringrazzjaw lil 24/7 Fitness Club, Starbene u Mediterranean Insurance Brokers (MIB) għall-appoġġ tagħhom biex dan seta jkun possibbli.

    PAAT jixtiequ wkoll jirringrazzjaw lill-isponsors prinċipali attwali Attrans u Eurosport għall-appoġġ kontinwu tagħhom.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0