Sparar Trap: John Marmara jirbaħ il-Jimmy Bugeja Trophy

  • Diċ 07, 2018 00:55
  • Miktub minn iNews
"

    John Marmara kien ir-rebbieħ assolut tal-Jimmy Bugeja Trap Trophy li ġiet organizzata fir-range tal-isparar ta’ Ħal Qormi.

    Din kienet it-tieni rebħa tal-istaġun għal Marmara. Huwa kien akkumpanjat fuq il-podju minn George Cassar u George Grech li spiċċaw fit-tieni u t-tielet postijiet rispettivament.

    Wara żewġ rounds ta’ kwalifikazzjoni ta’ 25 sparatura, is-sitt finalisti fl-ordni rispettiva rriżultaw hekk:

    Mario Buhagiar bi skor ta’  48/50, Christopher Vella 46/50, George Cassar 39/50+5 shoot-off, John Marmara 39/50+4 shoot-off, George Mifsud 38/50+7 shoot-off u George Grech bi 38/50+6 shoot-off. Jean Pierre Mifsud tilef iċ-ċans li jikkompeti fil-fażijiet finali wara li ġie eliminat bi skor ta’ 38/50+0 Shoot-off.

    Fir-rounds ta’ kwalifikazzjoni, Mario Buhagiar irnexxielu jirreġistra skor perfett ta’ 25/25.

    Ir-riżultati uffiċjali kienu dawn:

    L-ewwel post -  John Marmara: 20/25 + 3/5 + 5/5 + 4/5 + 6/10, skor totali 38/50

    It-tieni post -  George Cassar: 19/25 + 4/5 + 3/5 + 2/5 + 9/10, skor totali 37/50

    It-tielet post -  George Grech: 19/25 + 3/5 + 3/5 + 3/5, skor totali 28/40

    Ir-raba’ post - Mario Buhagiar: 15/25 + 3/5 + 5/5, skor totali 23/35

    Il-ħames post - George Mifsud: 15/25 + 3/5, skor totali 18/30

    Is-sitt post - Christopher Vella: 14/25, skor totali 14/25

    L-aqwa tliet tiraturi tal-klassijiet rispettivi temmew iż-żewġ rounds ta’ kwalifikazzjoni b’dawn l-iskors:

    Klassi A

    L-ewwel post - Mario Buhagiar: 48/50

    It-tieni post -  George Mifsud: 38/50

    It-tielet post - Paul Formosa: 37/50

    Klassi B

    L-ewwel post -  Christopher Vella: 46/50

    It-tieni post - George Cassar: 39/50 (Count Back Rule)

    It-tielet post - John Marmara: 39/50

    Klassi C

    L-ewwel post -  George Grech: 38/50

    It-tieni post - Nico Sciberras: 37/50

    It-tielet post - Charles Demanuele: 33/50

    Il-programm tal-MSSF jissokta nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej bl-avveniment “Mira għall-Istrina” li ser isir fir-Ranges tal-Bidnija ta’ Ħal Qormi u fis-Southern Shooting Club.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0