Edin Dzeko ppremjat minn Roma Supporters Club - Malta

  • Diċ 07, 2018 00:57
  • Miktub minn iNews
"

    L-attakkant internazzjonali tal-Bosnja, Edin Dzeko, irċieva l-Premio Roma Club Malta bħala l-aħjar player ta’ AC Roma għall-istaġun 2017-18, ivvutat mill-membri tal-club.

    Il-president ta’ Roma Supporters Club Malta, Ray Sant, awgura lill-attakkant tal-Giallorossi biex jirrepeti l-istess prestazzjonijiet tas-sena l-oħra u biex il-goals tiegħu din id-darba jissarrfu fil-final tal-UEFA Cham­pions League!

    Bi tbissima, Dzeko rreċiproka u sostna li jittama li jiġri hekk. Huwa kien sodisfatt immens b’dan l-unur f’perjodu xejn feliċi għalih minħabba li qed jirkupra minn injury. 

    Fost id-delegazzjoni Maltija kien hemm preżenti, l-attakkant promettenti ta’ Birżebbuġa St Peter’s,  Andrea Sant, li huwa wkoll iben Ray Sant. Andrea iqis lil Dzeko bħala role model tiegħu.

    L-attakkant Bosnjan bit-tbissima fuq fommu awguralu li meta jirtira jeħodlu postu fit-team ta’ Roma.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0