Malta żżid in-numru ta’ referees fuq il-panel tal-FIFA

  • Diċ 07, 2018 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    In-numru ta’ uffiċjali tal-logħba fuq il-panel tal- FIFA għas-sena 2019 żdied hekk kif il-FIFA ħabbret il-listi uffiċjali.

    Alan Mario Sant, referee tal-FIFA sa mill-2010, issa għandu l-ogħla ranking fost ir-referees Maltin.

    It-tliet referees internaz­zjonali l-oħra għas-sena 2019 huma Trustin Farrugia Cann, Fyodor Zammit u Matthew Degabriele, b’dan tal-aħħar ikun nominat għall-ewwel darba.

    It-tmien assistenti refe­rees kollha kkonfermaw post­hom, fosthom Alan Camilleri, li ilu fuq il-lista internazzjonali mill-2002, Christopher Francalanza, Luke Portelli, Mitchell Scerri, Edward Spiteri, Jurgen Spiteri, Duncan Sultana u Roberto Vella.

    Fil-Futsal, Clint Cassar se jkun qiegħed jirritorna fix-xena internazzjonali flim­kien mad-debuttant David Balzan li kiseb it-tieni post għal Malta.

    Jonathan Mallia kkonferma postu fuq il-lista tal-Beach Soccer filwaqt li Pier­re Bonnici se jkun qed jagħmel id-debutt tiegħu fix-xena globali.

    Id-Direttur tar-Referees fi ħdan il-Malta Football Association, Kevin Azzopardi, esprima s-sodisfazzjon tie­għu għall-fatt li kemm il- FIFA kif ukoll il-UEFA qegħ­din jirrikonoxxu x-xogħol u l-livelli tal-uffiċjali Mal­tin.

    “Dan huwa riżultat tal-impenn kbir li l-uffiċjali tagħna juru kemm lokal­ment kif ukoll fuq skala internazzjonali,” qal is-Sur Azzopardi.

    “Meta wieħed jikkunsidra li fil-football, f’termini ta’ ammonti ta’ uffiċjali, Malta tikklassifika fit-30 post minn 55 pajjiż membru fi ħdan il-UEFA, din il-kwota hija riflessjoni ferm pożittiva tal-livell tar-refereeing f’Mal­ta.

    “Bla dubju, dan hu xhieda tax-xogħol tas-settur tar-refereeing kollu hi ħdan l-MFA.”

     

    Il-lista tal-uffiċjali Maltin fuq il-panel tal-FIFA hija:

    Referees: Matthew Degabriele, Trus­tin Farrugia Cann, Alan Mario Sant, Fyo­dor Zammit.

    Assistenti Referees: Alan Camilleri, Christopher Francalanza, Luke Portelli, Mitchell Scerri, Edward Spiteri, Jurgen Spiteri, Duncan Sultana, Roberto Vella.

    Referees tal-Futsal: Clinton Mario Cassar, David Balzan.

    Referees tal-Beach Soccer: Pierre Bonnici, Jonathan Mallia.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0