“Kors interessanti li tgħallimt ħafna minnu”

  • Diċ 07, 2018 07:09
  • Miktub minn iNews
"

    George Zahra, wieħed mill-parteċipanti li temm b’suċċess kors ta’ taħriġ professjonali għas-shop stewards u delegati tal-GWU…

    “Kien kors interessanti ħafna li jgħin lis-shop stewards u rappreżentanti tal-ħaddiema fix-xogħol tagħhom speċjalment fejn ikun hemm kunflitti mal-maniġment. Minnu tgħallimt ħafna u kelli l-opportunità nisma l-esperjenzi ta’ ħaddieħor.”

    Stqarr dan George Zahra, Assistent Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-General Workers’ Union, li kien fost disa’ parteċipanti li lbieraħ temmew b’suċċess kors ta’ taħriġ professjonali mmirat għas-shop stewards u delegati tal-GWU iżda li huwa miftuħ ukoll għal kull membru li jixtieq jifhem iktar dwar ir-relazzjonijiet industrijali u jsir aktar attiv fil-GWU. 

    Kien f’Marzu li għadda li l-GWU ħabbret proġett intitolat “Improving GWU Capacity for Better Social Dialogue”, li huwa kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea u li permezz tiegħu kien se jsir taħriġ għal iktar minn 180 rappreżentant tal-istess għaqda. L-imsemmi proġett huwa maqsum fi tnejn b’taħriġ għar-rappreżentanti tal-ħaddiema u ieħor għall-uffiċjali iktar għolja fi ħdan il-GWU.

    Wara li f’Settembru li għadda, l-ewwel grupp ta’ rappreżentanti temmew b’suċċess il-kors rispettiv tagħhom, ilbieraħ kien imiss żewġ gruppi oħra li temmew ukoll il-kors tagħhom, liema kors kien fih 20 sessjoni, b’tliet sigħat kull sessjoni.

    George Zahra, wieħed mill-parteċipanti f’dan il-kors, qalilna li huwa sab il-kors “ta’ għajnuna kbira għalih” fejn flimkien ma’ shop stewards oħra qasmu l-esperjenzi bejniethom minħabba li ġejjin minn oqsma differenti ta’ xogħol.

    “B’kollox konna disa’ parteċipanti. Kien ta’ vantaġġ għalina li konna klassi żgħira għax kellna iktar attenzjoni mit-tutor. Xħin titħadded fuq relazzjonijiet industrijali, għalkemm tkun taħdem fiha, tiskanta kemm hi importanti u tgħallimt minn esperjenzi fuq oqsma ta’ ħaddieħor. Jiena li naħdem fis-settur pubbliku u entitajiet pubbliċi ċertu affarijiet huma ovji u oħrajn mhumiex. Xi ħaġa li spikkat kien meta qsamt l-esperjenza magħhom ta’ kif isir negozjar ta’ ftehim kollettiv.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0