Espert iħeġġeġ lill-Gvern biex joffri l-PrEP

  • Diċ 07, 2018 09:22
  • Miktub minn iNews
"

    Dr Philip Carabot, konsulent fil-Mediċina Ġenitourinarja jisħaq li l-Prep hija pillola b’96% effettività biex tipprevjeni trasmissjoni tal-HIV…

    Skont is-sit Preping Malta, teżisti pillola bl-isem ta’ PrEP li tipprevjeni t-trasmissjoni ta' HIV. Il-Pre-exposure prophylaxis (jew PrEP) hija meta n-nies f'riskju għoli ħafna għall-HIV jieħdu mediċini tal-HIV kuljum biex inaqqsu l-possibbiltajiet tagħhom ta' infezzjoni. Il-PrEP jista' jwaqqaf l-HIV milli jinfirex fil-ġisem u huwa effettiv ħafna għall-prevenzjoni tal-HIV jekk jintuża kif preskritt, iżda huwa ħafna inqas effettiv meta ma jiġix meħud b'mod konsistenti.

    Tkellimna mal-Konsulent fil-Mediċina Ġenitourinarja, Dr Philip Carabot fejn saħaq li din it-tip ta’ pillola hija 96% effettiva. Huwa qal li “sfortunatament il-Prep mhix provduta mill-Gvern, allavolja nemmen li għandha tkun.”

    Tkellimna ukoll ma’ Dr Valeska Padovese, li tmexxi l-GU Clinic ġewwa l-Isptar Mater Dei fejn ikkonfermat li l-PrEP hija għodda preventiva effettiva iżda mhix disponibbli fil-klinika GU. 

    Sa issa n-nies li jixtiequ jużaw il-PrEP iridu jordnawha minn fuq l-internet. Skont is-sit Prepin Malta hemm madwar 80-100 persuna li tgħix ġewwa Malta li jixtru l-PrEP onlajn.

    Padovese qalet li f’Malta din il-pillola tinstab taħt ditta oħra, magħrufa bħala Truvada, u l-ispiża tagħha hija madwar 700 ewro fix-xahar. Hija qalet li b’dan il-prezz bosta huma l-pazjenti li ma jaffordjawx jixtru l-prodott u għalhekk dawn jiġu ggwidati biex jiksbu l-mediċina onlajn u imbagħad jiġu segwiti kull 3 xhur għall-STIs u l-funzjoni tal-kliewi.

    Hija sostniet li s’issa segwew 80 pazjent fuq il-PrEP (u aktar minn 200 konsultazzjoni).

    Padovese qalet li taf bosta nies f’Malta li jixtru l-PrEP permezz ta' kanali oħra u li ma jiġux segwiti u lanqas ittestjati. Hija qalet li dan huwa perikoluż ħafna f'termini ta' reżistenza għall-HIV. 

    Tajjeb li niftakru fl-istatistika li ħarġet minn studju ppukklikat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) flimkien maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard irriżulta li l-persuni infettati bl-HIV f’Malta, matul is-sena li għaddiet, żdied b’aktar minn 50%. Huwa stmat li madwar 25% ta’ dawk li jgħixu lokalment bl-HIV ma jafux li għandhom l-infezzjoni, u dan inżid b’mod sinifikanti r-riskju tat-trażmissjoni tal-HIV.

    L-unika ħaġa negattiva li fiha l-pillola PrEP, skont Carabot,  huwa li meta tittiehed in-nies jistgħu jieqfu milli jużaw kondom u allura dan jista’ jkun kawża għat-trasmissjoni ta’ infezzjonijiet oħra trasmessi sesswalment.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0