Bidu promettenti għall-istaġun tax-xitwa tal-MIA … Tinqabeż iċ-ċifra ta' sitt miljun passiġġier

  • Diċ 07, 2018 09:54
  • Miktub minn iNews
"

    L-istaġun tax-xitwa tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta beda b’saħħtu din is-sena, hekk kif it-traffiku ta’ Novembru laħaq 453,563 moviment tal-passiġġieri, u rreġistra żieda ta’ 11.8% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. 

    L-ogħla rata ta’ moviment tal-passiġġieri ġiet osservata nhar l-4 ta’ Novembru, li kien l-istess jum meta t-traffiku tas-sena sa issa fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qabeż iċ-ċifra ta’ 6 miljun passiġġier. B’hekk, inqabżet iċ-ċifra rekord ta’ 6,014,548 moviment tal-passiġġieri fis-sena, li ntlaħqet għall-ewwel darba f’Diċembru li għadda. 

    Iż-żieda fit-traffiku tal-passiġġieri rriżultat mit-tnedija ta’ skeda tax-xitwa iktar robusta, li tinkludi titjiriet iktar frekwenti lejn destinazzjonijiet popolari, u 12-il rotta tas-sajf estiżi għall-istaġun tax-xitwa. 

    Il-movimenti tal-ajruplani żdiedu b’10.4% għal 3,357 tlugħ u nżul f’Novembru 2018, filwaqt li l-għadd ta’ sits disponibbli żdied bi 11.5% meta mqabbel mal-2017. Kważi 4 minn kull 5 postijiet disponibbli mtlew, u dan wassal biex is-seat load factor (SLF) għax-xahar ta’ Novembru jilħaq id-79.2%. 

    Ma kien hemm l-ebda tibdil fl-aqwa ħames swieq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, hekk kif ir-Renju Unit baqa’ fil-quċċata tal-lista, segwit mill-Italja, il-Ġermanja, Franza u Spanja. 

    Erbgħa minn dawn il-ħamest iswieq irreġistraw tkabbir sinifikanti matul ix-xahar ta’ Novembru, minn tkabbir ta’ 7.4% fil-każ tar-Renju Unit sa tkabbir ta’ 66.5% fil-każ ta’ Spanja. It-tkabbir sinifikanti li rreġistra s-suq Spanjol irriżulta mill-estensjoni ta’ tliet rotot introdotti fis-sajf lejn Sivilja, Valencia u Malaga għall-istaġun tax-xitwa, kif ukoll mit-titjiriet iktar frekwenti lejn Barċellona. 

    Is-suq Ġermaniż kien l-uniku wieħed mill-aqwa ħamest iswieq tal-ajruport li rreġistra tnaqqis ta’ 0.8% fil-movimenti tal-passiġġieri. 

    Dawn ir-riżultati mhux biss jirriflettu bidu promettenti għall-istaġun tax-xitwa għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, iżda jikkonfermaw ukoll li l-ajruport miexi fid-direzzjoni t-tajba biex jagħlaq sena oħra b’numru rekord ta’ passiġġieri. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0