“The Malta Escape” … Pajjiżna użat bħala l-isfond ta' xogħol letterarju internazzjonali

  • Diċ 07, 2018 10:21
  • Miktub minn iNews
"

    Għal min mhux daqstant midħla max-xena letterarja dinjija, il-fatt li kienu bosta dawk l-awturi barranin li użaw l-isfond ta’ pajjiżna għal skop letterarju, huwa element ta’ sorpriża. Fil-verità huma bosta dawk in-novelli, fost xogħolijiet oħrajn, li saru magħrufin mad-dinja kollha għall-valur letterarju tagħhom, b’uħud saħansitra jagħmlu film ibbażat fuqhom.

    Fost dawn il-kitbiet wieħed isib lil “Man on Fire” miktub minn A. J. Quinnell, “The Sword and the Scimitar” ta’ David Ball, u “The Phantom of Valletta” ta’ Vicki Hopkins.

    Ma’ din il-lista pjuttost twila ta’ xogħol letterarju wieħed irid iżid ukoll “The Malta Escape” miktub minn Chris Kuzneski u li ġie ppubblikat proprju ftit tal-ġimgħat ilu.

    In-novella fittizja. li tagħmel parti minn sensiela ta’ avventuri miktubin minn Quinnell, tiffoka fuq l-avventura għal tfittxija ta’ teżor li jmur lura għal żmien il-Kavallieri f’pajjiżna. Avventura mimlija intriċċi moderni, b’diversi kritiċi jfaħħru l-mod narrattiv li jġiegħel lill-qarrej ikompli jdawwar paġna wara l-oħra biex jiskopri jekk ir-rikkezzi inimaġinabbli tat-teżor jinstabux jew le.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0