“Għamlu kuraġġ. Illum il-ġurnata hawn ħafna għajnuna” … Mixja għal għan filantropiku wara li ġarrab il-kruha tal-lukimja

  • Diċ 07, 2018 10:53
  • Miktub minn iNews
"

    Ta’ sentejn u disa’ xhur kellu l-lukimja. Dam tliet snin jiġġieled din il-marda u bl-għajnuna ta’ Puttinu u tal-Malta Community Chest Fund Foundation illum jinsab imfejjaq u qed jgħix ħajja normali. Minkejja li dan kien żmien ikrah u diffiċli għalih, Ramiro Mallia, li għandu 17-il sena, jibqa’ jħares lejn il-ħajja b’mod pożittiv u jagħmel minn kollox biex fejn jista’ jgħin lil ħaddieħor. 

    Konxju tal-fatt li fiż-żmien meta kien marid l-attenzjoni tal-ġenituri kienet kollha fuqu, huwa jgħid li għalkemm issa għadda ħafna żmien, ħutu s’issa jgħidu kemm dak iż-żmien bagħtew u ħassewhom abbandunati.

    Malli sar jaf li llum hemm il-Fondazzjoni Karl Vella (KVF), li tieħu ħsieb lil dawk it-tfal li għandhom xi ħadd minn ħuthom jew xi ħadd mill-ġenituri tagħhom li jkun marid, Ramiro xtaq jagħti l-kontribut tiegħu u jgħinhom kif jista’.

    Kien għal din ir-raġuni li ħoloq l-attività “Ramiro & Friends Charity walk/run”, li tikkonsisti f’mixja jew ġirja bil-fondi miġbura jmorru għall-imsemmija fondazzjoni. 

    Dan is-sit tkellem ma’ Ramiro, fejn qalilna li din se tkun it-tielet sena tiegħu li fiha qed jorganizza din l-attività għal għan filantropiku. Din l-attività se ssir nhar is-16 ta’ Diċembru li ġej, u se tara l-bidu tagħha minn Pjazza San Ġorġ għall-ħabta tal-10.00 a.m., tgħaddi min-naħa ta’ Marsamxett u tintemm il-Waterfront.

    Tlabnieh jgħaddi messaġġ għal dawk li forsi għaddejjin minn żminijiet diffiċli f’ħajjithom, anke minħabba mard, huwa saħaq li għandhom jagħmlu kuraġġ u ma jinsewx li llum il-ġurnata hawn ħafna għajnuna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0