“Għadek ma ħlisthiex” … Dak li Aaron Cassar allegatament qal lil Deniro Magri qabel ġlieda bejniethom barra l-Qorti

  • Diċ 07, 2018 12:57
  • Miktub minn iNews
"

    “Għadek ma ħlisthiex”. Dawn kienu l-kliem li Aaron Cassar (ritratt) allegatament qal lil Deniro Magri ftit mumenti qabel ġlieda li nqalgħet bejniethom barra l-bini tal-Qorti, b’tal-ewwel qed ikun akkużat li pprova jagħti n-nar lid-dar ta’ Magro.

    Cassar, ta’ 37 sena minn Birżebbuġia jinsab akkużat ukoll li darab lil Magri, f’każ li allegatament seħħ nhar it-8 ta’ Jannar li għadda fi Triq ir-Repubblika. Magri, li f’każ separat jinsab għaddej proċeduri kriminali b’rabta mal-qtil ta’ Sylvester Caruana fil-Marsa fejn qed isostni li aġixxa b’self-defence, ma kienx instab ħati li darab ħafif lil Cassar waqt l-imsemmija ġlieda. Fil-każ kontra Cassar, il-Maġistrat Audrey Demicoli semgħet kif l-inċident seħħ fit-8 ta’ Jannar li għadda fi Triq ir-Repubblika qabel Magri kellu jidher għal seduta tal-Qorti. Magri kien flimkien ma’ oħtu u s-sieħba tiegħu. “Kont qed nistenna li nixtri xi rigali għall-ħabta tal-11.00 a.m.,” qal Magri. “Waqt li kont qed nistenna, rajt raġel ġej fid-direzzjoni tiegħi u ndunajt li kien Aaron Cassar. Komplejt miexi iżda huwa baqa’ ġej lejja. Ingħad xi kliem dwar il-bieb tiegħi jinħaraq. Qalli li għadni ma ħlisthiex. Għedtlu x’inhu? Se taħraq lili wkoll?”

    “Komplejna nargumentaw u tista’ timmaġina x’ġara,” tenna Magri qabel xi nies li nzertaw kienu għaddejjin fil-viċin firduhom. Magri kien ittieħed l-Isptar b’ambulanza biex jingħata trattament għall-għaksa miksura li ġarrab. Wara li l-Qorti rat siltiet mill-filmat ta’ CCTV tal-ġlieda, l-kawża ġiet differita għal Jannar li ġej. L-Avukat Gianluca Caruana Curran qed jassisti lil Magri waqt li l-Avukati Rene Darmanin u Arthur Azzopardi qed jidhru għall-akkużati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0