BNF Bank jirbaħ il-premju ‘Best Innovation in Retail Banking Malta 2018’

  • Diċ 07, 2018 13:59
  • Miktub minn iNews
"

    L-analista globali tal-industrija finanzarja u r-rivista International Banker għazel lil BNF Bank għall-premju Best Innovation in Retail Banking Malta 2019. Il-premju hu wieħed minn numru li jirrikonoxxi organizzazzjonijiet li jilħqu riżultati eċċellenti u li jistabilixxu standards ġodda fl-industrija.

    “Aħna nużaw metodi ffukati biex nagħtu rikonoxximent fejn ħaqqu,” qal rappreżentant ta’ International Banker. “Bank tajjeb jiddefinixxi ruħħu fid-differenza. M’huwiex se jkun eżatt bħal l-ieħor għaliex hu magħmul skont il-bżonnijiet u d-domanda tal-klijenti partikolari tiegħu. Id-daqs tiegħu m’huwiex importanti bħal mhu d-daqs tal-impatt li jagħmel. International Banker jirrikonoxxi li ħafna banek zgħar huma aktar flessibbli meta jindirizzaw il-bżonnijiet tal-klijenti tagħhom, b’soluzzjonijiet effettivi.”

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ BNF Bank Michael Collis, akkumpanjat mill-Kap tal-Business Development Melvin Pellicano, kien Londra għall-għotja tal-premju fil-London Stock Exchange. Hu qal: “Il-premju li ngħata lill-Bank tagħna jirrifletti l-importanza li dejjem tajna lil erba’ elementi b’saħħithom u li jagħtu valur fl-operat tagħna – mudell ta’ bbankjar iffukat, servizz personalizzat lill-klijenti, marka visibbli u fdata li kompliet tissaħħaħ bħala BNF Bank, u l-entużjażmu u l-perseveranza tat-tim tagħna f’suq kompetittiv ħafna.”

    “Ir-riżultat hu wieħed ta’ servizz inimitabbli f’kuntest lokali fejn il-klijenti jeżiġu attenzjoni professjonali u personali. Ma stajniex nirbħu dan il-premju mingħajr it-tim imprezzabbli tagħna! Aħna grati li għandna nies motivati, professjonali u dedikata għall-aħħar.”   

    BNF Bank hu wieħed mill-ħames banek ewlenin u sistemiċi ta’ Malta. B’tim b’saħħtu ta’ aktar minn 200, netwerk ta’ fergħat u ta’ ATMs madwar il-gżejjer u firxa wiesgħa ta’ prodotti personali u tan-negozju, il-bank jagħti servizz li jirrifletti l-bżonnijiet li jitbiddu b’mod mgħaġġel fis-suq. Permezz ta’ approċċ segmentat, BNF Bank jiffoka fuq iċ-ċiklu tal-ħajja tal-klijenti personali u tan-negozju, bi prodotti maħluqa apposta, ikkumbinati ma’ servizz personalizzat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0