Żewġt aħwa anzjani l-Qorti wara argument dwar għalqa

  • Diċ 07, 2018 14:04
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġt aħwa anzjani li ġew fl-idejn wara argument dwar għalqa fil-limiti tal-Ħandaq, Ħal Qormi, ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu mhux ħatja li heddu lil xulxin.

    Francis u Carmel Mifsud ta’ 62 u 67 sena rispettivament, tressqu separatament il-Qorti wara argument bejniethom li eskala sal-punt li Francis allegatament jagħti daqqa ta’ ponn lil ħuh f’għajnejh, b’tal-aħħar jirritalja u allegatament jheddu b’senter. 

    Dan l-inċident wassalhom il-Qorti, b’Carmel Mifsud, li deher li kellu black eye f’għajnejh, jiġi akkużat li kien qiegħed iġorr arma waqt il-kummissjoni ta’ reat kontra ħuh, li ħebb għalih u insultah kif ukoll li kiser il-paċi pubblika fost oħrajn. Francis Mifsud kien akkużat li darab b’mod gravi lil ħuh, insultah, li heddu u li kiser il-paċi pubblika.

    Wara li semgħet liż-żewġt aħwa jwieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, tathom il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €8,000 kull wieħed. 

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion filwaqt li l-Avukat Albert Zerafa deher għal Francis Mifsud u l-Avukati Paul Borg u Clint Tabone assistew lil Carmel Mifsud.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0