Malta bl-akbar tkabbir fil-ġid nazzjonali u impjiegi fl-Unjoni Ewropea

  • Diċ 07, 2018 14:44
  • Miktub minn iNews
"

    Stqarrija tal-Eurostat tindika li fit-tielet kwart tal-2018 Malta rreġistrat l-ogħla tkabbir fil-ġid nazzjonali u fl-impjiegi fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, dan meta kontra dak li ġara madwar l-Unjoni Ewropea, il-qagħda f’Malta kompliet titjieb filwaqt li fl-Unjoni Ewropea r-ritmu ekonomiku naqas. Fl-Unjoni Ewropea t-tkabbir naqas minn 2.1% fit-tieni kwart għal 1.8% fit-tielet kwart, filwaqt li f’Malta kien hemm żieda minn 6.2% għal 7.9%. Minn sitwazzjoni fejn l-ekonomija Maltija kienet qed tikber bi tliet darbiet ir-rata osservata madwar l-Unjoni Ewropea, issa pajjiżna qed jikber b’erba’ darbiet ir-rata tal-medja Ewropea.

    Fejn tidħol żieda fl-impjiegi, filwaqt li fl-Unjoni Ewropea kien hemm żieda ta’ 1.2%, f’pajjiżna ż-żieda kienet ta’ 4.9%, li jfisser li l-impjiegi f’Malta żdiedu wkoll b’erba’ darbiet ir-rata osservata fl-Unjoni Ewropea.

    L-istqarrija tal-Eurostat tindika distakk qawwi bejn Malta u t-tieni l-aktar pajjiż bi tkabbir ekonomiku fit-tielet kwart. Filwaqt li f’Malta r-rata kienet ta’ 7.9%, it-tkabbir fil-Polonja kien 5.7%; l-istess fejn jirrigwardja t-tkabbir fl-impjiegi. Fit-tielet kwart tal-2018, meta mqabbel mal-istess żmien sena qabel, f’Malta l-impjiegi żdiedu b’4.9%. Fil-pajjiż bit-tieni l-akbar żieda fl-impjiegi, din laħqet 3.7% biss.

    Il-fatt li Malta mhux talli kellha l-akbar tkabbir fil-ġid nazzjonali kif ukoll fl-impjiegi, kif ukoll id-distakk dejjem jikber bejn dak li qed jiġri f’pajjiżna meta mqabbel mal-bqija tal-Unjoni Ewropea, jindika kemm ir-rizultati miksuba jirriflettu l-politika ekonomika tal-Gvern. Permezz tal-għaqal fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi, il-politika enerġetika li taffiet il-piżijiet, kif ukoll l-investiment qawwi li għażel li jagħmel il-Gvern, pajjiżna qed jirnexxielu jtejjeb il-qagħda tal-familji u n-negozji. Bil-mizuri meħudha fil-baġit, kif ukoll it-twettiq tal-pjan tal-Gvern, pajjiżna ser ikompli jgħix is-suċċess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0