Ħaddiema tal-Fondazzjoni għal Logħob Responsabbli jagħmlu ħidma volontarja fid-Dar tal-Providenza

  • Diċ 07, 2018 17:11
  • Miktub minn iNews
"

    Grupp ta’ impjegati minn dipartimenti differenti fi ħdan il-Fondazzjoni għal Logħob Responsabbli qattgħu jum ta’ ħidma volontarja fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. 

    Il-ħaddiema għamlu diversi xogħolijiet bħal tindif ġenerali, ħasil ta’ twieqi u kif ukoll għajnuna fil-kċina. Il-Fondazzjoni organizzat din l-inizjattiva bl-appoġġ tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni bħala parti mill-programm għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tagħha. 

    Is-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Silvio Schembri kien preżenti għal din il-ħidma volontarja fejn iltaqa’ mad-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef u mal-ħaddiema tal-Fondazzjoni. Huwa ta l-proset tiegħu lill-ħaddiema tal-Fondazzjoni u saħaq dwar l-importanza tal-volontarjat fis-soċjetà tagħna. L-Onorevoli Schembri żar u tkellem ma’ diversi ħaddiema li jaħdmu fid-Dar, fejn irringrazzja b’mod speċjali lil Fr Martin Scicluna tal-ħidma bżonnjuża immens li d-Dar tal-Providenza twettaq mal-persuni b’diżabbiltà. 

    Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, f’isem ir-residenti rringrazzja lill-impjegati kollha tal-Fondazzjoni għal Logħob Responsabbli għall-ħidma volontarja li għamlu matul dan il-jum u għamel referenza għall-ġbir ta’ fondi li se jkun qed jitwettaq fl-Ewwel tas-Sena biex jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza. 

    Min-naħa l-oħra, is-Sur Shawn Zammit, Kap tal-Operazzjonijiet fil-Fondazzjoni, irringrazzja lis-Segretarju Parlamentari għall-preżenza tiegħu għal din l-attività b’ruħ speċjali u lil Fr Micallef għax-xogħol eċċezzjonali li jsir matul is-sena kollha. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0