“Il-Massage parlours jistgħu jikkawżaw żieda fl-HIV”

  • Jan 05, 2019 15:10
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Iktar kemm jgħaddi żmien qed nisimgħu b’aktar każijiet fejn massage parlours kienu qed jintużaw minn irġiel li jridu jagħmlu s-sess u dan minkejja li dawn il-postijiet huma liċenzjati biex jagħtu servizzi ta’ massaġġi. F’każ riċenti l-Pulizija sabet kif in-nisa barranin li kienu qed jaħdmu fihom kienu qed iżommu madwar €50 lil kull klijent b'waħda mit-tlieta li tressqu l-Qorti kellha mal-10 klijenti f'jum wieħed li jfisser dħul ta' €500.

    Ħafna huma dawk il-massage parlours li għandhom paġna fuq Facebook fejn fihom jidhru ritratti ta’ nisa lebsin ħwejjeġ ta’ taħt jew ilbies skullat waqt li jkunu f’pożizzjonijiet provokanti li jagħmluha aktar minn ovja li l-post qed jintuża bl-iskop tas-sess.

    Dwar dan tkellimna mal-Counsellor Matthew Bartolo, li jaħdem fi ħdan il-Willingness Team, fejn qal li ladarba persuna jkollha x’taqsam b’mod mhux protett, bħal fil-każ fejn tkun qed issir il-prostituzzjoni, iżżid ir-riskju li din il-marda tinxtered. “Aktar ma’ n-nies jużaw u jkollhom x’jaqsmu ma’ dik il-persuna hija aktar faċli li jinxtered il-mard. Jekk mara jew raġel jara jew tara 10 klijenti f’ġurnata, jekk wieħed minnhom ikun marid bl-HIV hemm aktar ċans li jinfirex,” qal Bartolo.

    F’Novembru li għadda l-Pulizija sabet kif kien hemm nisa barranin li kienu qed jaħdmu f’dawn il-massage parlours fejn fihom kienu qed iżommu madwar €50 lil kull klijent b’waħda minnhom li tressqu l-Qorti kellha mal-10 klijenti f’jum wieħed li jfisser dħul ta €500.

    Il-prostituzzjoni spiss tiġi deskritta bħala l-eqdem professjoni. Id-definizjoni tagħha hija att sesswali bi skambju ta’ flus. Persuni jistgħu jduru għall-prostituzzjoni għal ħafna raġuni fosthom pressjoni mill-pari, nuqqas ta' dar, vizzju tad-droga, u faqar biex insemmu biss ftit mir-raġunijiet. 

    Fiż-Żimbabwe bħal ħafna pajjiżi Afrikani, il-prostituzzjoni għalkemm mhux legali, għadha komuni fost il-komunitajiet milquta mill-faqar. Ħafna nisa taż-Żimbabwe qed iduru għal prostituzzjoni fil-Botswana u l-Afrika t'Isfel minħabba l-faqar u l-qgħad f’pajjiżhom.

    Il-mistoqsija hija, għalfejn f’post bħal Malta fejn ir-rata ta’ qgħad hija fost l-inqas fl-Ewropa u l-ekonomija dejjem miexja ‘l quddiem, qed jispopolaw dawn il-massage parlours bi skopijiet ta’ prostituzzjoni?

    Diversi paġni fuq il-Facebook huma sploduti bi profili u avviżi ta’ servizz ta’ massaġġi suspettużi fejn tfajliet b’wiċċhom mgħotti u lebsin b’mod seduċenti jistiednu klijenti biex jirrilassaw kompletament b’massaġġi speċjali. Jidher li barra tfajliet dawn il-massaġġi “full” qegħdin jiġu offruti transgenders, żewġ tfajliet f’daqqa u omosesswali. 

    Każ fost il-ħafna li rajna dan l-aħħar, kien proprju f’Novembru meta Carmelo Schembri ta’ 42 sena minn Bormla  kien tressaq il-Qorti. Huwa kellu l-liċenzja tal-Erot Massage f'San Pawl il-Baħar, is-Silver Moon Massage fil-Ħamrun u l-Matson Massage f'Ħal Luqa.
    L-Erot Massage saħansitra għandu paġna fuq Facebook b'lista ta' ritratti ta' nisa lebsin ħwejjeġ ta' taħt jew ilbies skullat u f'pożizzjonijiet provokanti li jagħmluha aktar minn ovvja li l-post seta kien jintuża għal skop sesswalli.
    Schembri ammetta li qala flus li kienu ġejjin minn attivitajiet sesswali li saru fihom għalkemm l-avukat tiegħu, Arthur Azzopardi, insista li ma kienx hemm moħqrija tat-tliet nisa u spjega kif il-ħwienet kienu anke reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT.

    L-HIV jiġi trasmess minn persuna għall-oħra permezz tal-fluidi tal-ġisem, pero minkejja kollox, Bartolo jsostni li dan “mhux bilfors jsir minn atti sesswali  imma jista’ wkoll jiġi trażmess permezz tal-labar li jiġu użati fl-użu tad-droga.”

    Huwa qal li l-fatt li żdied l-HIV f’Malta mhux bilfors xi ħaġa ħażina. “Jista’ jkun li llum il-ġurnata n-nies saru jafu iktar fuq dawn l-affarijiet u qed imorru aktar għat-test, u n-nies li huma morda ġa jafu u qed jiehdu l-kura.” 

    Huwa stmat li madwar 25% ta' dawk li jgħixu lokalment bl-HIV ma jafux li għandhom l-infezzjoni. Dan iżid b'mod sinifikanti r-riskju tat-trażmissjoni tal-HIV. Minn hawnhekk Bartolo jħeġġeġ biex aktar nies imorru jagħmlu t-test sabiex tonqos ir-riskju tal-HIV.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0