Jgħoddha b'waħda wara li pprova jisraq mowbajl ta' tfajla... prova jbeżżagħha b'pistola tal-kartun

  • Jan 07, 2019 11:57
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel li uża pistola falza bit-tama li jbeżża’ lit-tfajla li tefa’ ħarstu fuqha u li ħaseb li seta’ jakkwista xi ħaġa mingħandha jista’ jgħoddha b’waħda hekk kif l-istint tiegħu mar kompletament żbaljat.

    It-tfajla nzertat kienet Polyana Viana, ġellieda professjonali li ħallietu jitkarrab bl-uġigħ u miksi bid-demm.

    Il-Brażiljan kien qiegħed jistenniha f’Uber f’Rio de Janeiro meta talabha biex tgħaddilu l-mowbajl u heddida li kien armat. Minkejja dan Viana spjegat li ħasset li l-“arma” kienet ratba u li fl-aħħar mill-aħħar irriżulta li kienet biss kartuna maqtugħa forma ta’ pistola.

    Din mhix l-ewwel darba li l-ġellieda sfat fil-mira tal-ħallelin hekk kif fil-passat kien hemm raġel ieħor li aggrediha u li dakinhar kienet tħassbet għax l-aggressur kien akkumpanjat minn persuna oħra, iżda jidher li l-aggressur kien aktar intelliġenti minn dan tal-aħħar hekk kif iddeċieda li jabbanduna s-serqa u ħarab mill-post.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0