Il-hacker li ħoloq kjass fil-Ġermanja identifikat … Kien kiseb informazzjoni fuq Merkel fost oħrajn

  • Jan 08, 2019 14:15
  • Miktub minn iNews
"

    L-awtoritajiet Ġermaniżi f’investigazzjoni li għamlu irnexxielu jidentifkaw lil hacker li rnexxielu jisraq data personali ta’ għadd ta’ politiċi u ċelebritajiet.

    Il-Pulizija qalu li dan hu żagħżugħ ta’ għoxrin sena u dan kien qed jaġixxi waħda. Iż-żagħżugħ ammetta u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Dan is-serq ta’ informazzjoni hu meqjus bħala l-aktar każ ta’ serq ta’ informazzjoni fl-istorja tal-Ġermanja. Il-hacker hu mill-istat ta’ Hesse. Il-Pulizija għamlu tfittxija fl-appartament tal-hacker.

    F’dan il-każ mijiet ta’ politiċi Ġermaniżi, inkluż il-Kanċillier Angela Merkel, kellhom dettalji personali tagħhom ippubblikati onlajn. Kuntatti, chats privati u dettalji tal-karti tal-kreditu jidher li kienu fost dawk id-dettalji personali li tpoġġew fuq Twitter. Minbarra dan, jidher li anke informazzjoni oħra ta’ ċelebritajiet u ġurnalisti ġew misruqa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0