Joqtlu lil ommhom b'daqqiet ta' sikkina u tir ta' arma tan-nar jiem biss wara li ppruvaw itajruha!

  • Jan 08, 2019 17:23
  • Miktub minn iNews
"

    F’każ xokkanti f’Mississippi, żewġt aħwa bniet ta’ 12 u 14-il sena ġew akkużati li qatlu lil ommhom b’daqqiet ta’ sikkina u b’tiri ta’ arma tan-nar.

    Il-Pulizija ta’ Pike County qalu li qraba sabu lil Ericka Hall ta’ 32 sena f’għadira ta’ demm viċin id-dar tagħha ftit qabel it-tokki ta’ nofsillejl nhar il-Ġimgħa li għadda.

    Jidher li fl-argument li beda ġewwa d-dar, il-mara kienet qalgħet diversi daqqiet ta’ sikkina u anke ġie sparat tir ta’ arma tan-nar f’sidirha, qabel ma rnexxilha titkaxkar barra mid-dar fejn eventwalment instabet mejta.

    Robin Coney, iz-zija tal-vittma, qalet li s-sikkina kienet għadha mwaħħla f’daharha meta nstabet bla ħajja.

    L-awtoritajiet qalu li t-tfal se jkunu qed ikunu sottomessi għal testijiet psikjatriċi. Taħt il-liġi ta’ Mississippi tfal ta’ 13-il sena u aktar akkużati b’ċerti reati jitqiesu awtomatikament bħala adulti.

    Coney qalet li l-mara kellha argument maż-żewġ uliedha bniet nhar il-Ġimgħa filgħaxija. Il-Pulizija qalu li f’inċident separat aktar kmieni matul l-istess ġimgħa, iż-żewġt itfal saħansitra pprovaw itajru lil ommhom.

    Meta eventwalment ommhom ikkastigathom għal dak li kienu se jagħmlulha, huma rritaljaw u waslu biex qatluha.

    Hall kellha żewġt itfal oħrajn, waħda ta’ 16-il sena u tarbija ta’ sena. Fir-ritratt il-mara tidher flimkien ma' bintha ta' sena.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0