L-Eġittu se jorganizzaw it-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani 2019

  • Jan 10, 2019 00:55
  • Miktub minn iNews
"

    L-Eġittu ġew magħżula biex jorganizzaw il-finali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani 2019, ikkonfermat il-Konfederazzjoni tal-Football Afrikan (CAF) wara laqgħa tal-kumitat eżekuttiv tagħha li sar f’Dakar.

    Huma se jorganizzaw l-avveniment li ġie mkabbar għal 24 team f’Ġunju u f’Lulju li ġejjin wara li x-xahar li għadda l-organizzaturi inizjali, il-Kamerun, tneħħilhom id-dritt tat-tournament fuq tħassib tal-pass kajman tal-preparaz-zjonijiet.

    Il-pajjiż mill-Afrika ta’ Fuq se jorganizza t-tournament għar-raba’ darba, u l-ewwel waħda mill-2006 wara li l-aħbar ingħatat mill-president tal-CAF, Ahmad, f’laqgħa mal-media fil-kapitali tas-Senegal.

    Kienu l-Eġittu u l-Afrika t’Isfel biss li tefgħu l-kandidatura tagħhom biex jieħdu post il-Kamerun.

    Din se tkun l-ewwel darba li se jieħdu sehem 24 team fit-tournament, (u l-CAF), wara bosta żjarat ta’ spezzjoni li saru f’dawn l-aħħar sentejn, iddeċieda li l-Kamerun mhux se jkunu lesti fil-ħin.

    L-Eġittu għandhom faċilitajiet estensivi għalkemm f’dawn l-aħħar snin il-logħbiet lokali ġew ristretti min­ħabba tħassib dwar is-sigurtá wara r-rivoluzzjoni tal-Arab Spring u d-dimostrazzjonijiet ta’ Tahir Square fl-2011.

    Ir-round finali tal-logħob ta’ kwalifikazzjoni għat-tour­nament se ssir f’Marzu, b’14-il pajjiż, inklużi l-Eġittu, li diġá ssiġillaw posthom fil-finali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0