Tmut Sr Crocifissa … Lawrence Grech: “Għalija kienet qisha ommi”

  • Jan 10, 2019 07:35
  • Miktub minn iNews
"

    Għal Lawrence Grech, Sr Crocifissa tfisser ħafna. Iqisha bħala ommu. Kienet hi li ħadet ħsiebu sa minn meta kellu biss ftit ġimgħat. Hu dejjem ġarr ritratt tagħha miegħu u ftit snin ilu reġgħu ltaqgħu. Sr Crocifissa mietet fl-aħħar sigħat. Minkeja li għaddew is-snin u l-kuntatt bejniethom inqata’, Lawrence u Sr Kurċifissa ma nsewx lil xulxin. Minkejja s-snin li għaddew li fihom ma rawx lil xulxin, fl-aħħar Lawrence u Sr Crocifissa kienu reġgħu ltaqgħu. Fil-laqgħa ma naqsitx l-emozzjoni. Spikka l-entużjażmu tas-soru, li fl-età ta' 84 sena, kif ratu u saret taf min hu, marret tiġri tgħid lil sħabha. Għal Lawrence, f'din l-okkażjoni qata' l-akbar xewqa li kellu.

    Lawrence Grech kien qalilna li “kelli ritratt li kienet tatuli n-nanna u dejjem ġarrejtu miegħi. Kont ngħid xi darba għad niltaqa' magħha. U peress li naħsel it-tapiti tad-dar, bagħtu għalija mid-dar 'Angela House'. Kien hemm Sr Magdalene li kantat u staqsejtha għal Sr Crocifissa. Qaltli li fis-6.00 a.m. tkun qed tipprepara għall-quddiesa li jagħmlu tal-Creche f'Tas-Sliema. Mort u kif iltqajt magħha tgħidx kemm ferħet. Qaltli lanqas temmen għadni kemm tlabt lil Alla u għedtlu x'se tagħtini ġdid mal-ġurnata. Qaltli fil-frattemp tfaċċajt jien. Sr Crocifissa llum għandha 84 sena. Għedtilha li dejjem inġorrha miegħi u trid taraha tiġri tgħid lil sħabha."

    Lawrence kien qalilna li, “qtajt l-akbar xewqa tiegħi. Iltqajt ma' dik l-omm li fil-bidu ta' ħajti kienet tieħu ħsiebi." Lawrence hu wieħed minn dawk li kienu fetħu kawża għal kumpens finanzjarju għal abbużi li kienu sofrew f'Dar San Ġużepp.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0