Tfittxija għal żewġ irġiel … Jipprovaw jisirqu basket ta' mara Ġermaniża u jagħtuha daqqa b'oġġett iebes … Iferuha gravi

  • Jan 10, 2019 09:28
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Pulizija qed jinvestigaw inċident li fih mara Ġermaniża qalgħet daqqa ta’ oġġett iebes hekk kif żewġt irġiel ipprovaw jisirqulha basket.

    L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11.50 p.m. fi Triq Testaferrata, l-Imsida.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-mara ipprovat tirreżisti liż-żewġt irġiel u kien f’dak il-mument li allegatament qalgħet daqqa ta’ oġġett iebes.

    L-aggressuri ħarbu minn fuq il-post u Inewsmalta hija informata li l-Pulizija għaddejjin bit-tfittxijiet tagħha għalihom.

    L-identità tal-irġiel għadha mhix magħrufa.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar mater dei biex tingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0