Jitħassru 640 titjira minn tliet ajruporti fil-Ġermanja

  • Jan 10, 2019 11:14
  • Miktub minn iNews
"

    Madwar 640 titjira mill-Ġermanja tħassru hekk kif uffiċjali tas-sigurtà fi tliet ajruporti ħarġu fuq strajk. It-titjiriet li tħassru se jkunu qed jolqtu lil madwar 100,000 passiġġier.

    In-numru ta’ titjiriet li tħassru kaġun tal-istrajk jammontaw għal aktar minn nofs l-1,050 titjira mill-ajruporti ta’ Dusseldord, Cologne-Bonn, u Stuttgart.

    Fi stqarrija l-ajruport ta’ Dusseldorf qal li 370 titjira mill-580 titjira ippjanati kellhom jitħassru.

    F’Cologne-Bonn tħassru 131 mill-200 titjira skedata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0