87% tal-għalliema jgħidu li esperjenzaw aggressività fil-konfront tagħhom f'dawn l-aħħar sentejn

  • Jan 10, 2019 13:01
  • Miktub minn iNews
"

    Matul l-aħħar sentejn 87% tal-għalliema qalu li esperjenzaw imġieba aggressiva fil-konfront tagħhom. Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-MUT fost l-edukaturi. Ir-riżultat ta’ dan l-istħarriġ kien żvelat f’konferenza tal-aħbarijiet li l-MUT għamlet dwar is-sigurtà u l-atteġġjament aggressiv fil-konfront tal-edukaturi wara żieda fir-rapporti ta’ mġieba aggressiva fil-konfront tagħhom.

    Tlieta u għoxrin fil-mija (23%) tal-edukaturi li qalu li esperjenzaw imġieba aggressiva matul dawn l-aħħar sentejn saħansitra qalu li kienu jesperjenzaw aggressività fil-konfront tagħhom fuq bażi ta’ kuljum. Dan filwaqt li 23% oħrajn qalu li kienu jesperjenzaw imġieba aggressiva mqar darba f’ġimgħa.

    F’75% tal-każi l-aggressività rriżultat minn studenti.

    Mill-istħarriġ irriżulta li kienu biss 60% tal-edukaturi li rrapportaw l-aggressjoni li sofrew, b’din tikkonsisti minn aggressjoni verbali, fiżika, theddid, kliem ħażin, gdim, grif, daqqiet u anke tfigħ ta’ oġġetti.

    Il-President tal-MUT Marco Bonnici qal li r-riżultat ta’ dan l-istħarriġ huwa ta’ tħassib kbir, u għandu jservi ta’ wake-up call għall-awtoritajiet tal-edukazzjoni.

    Filwaqt li qal li l-edukaturi mhux qed iħossuhom appoġġjati minħabba din is-sitwazzjoni, saħaq li l-MUT mhix se tibqa’ tittollera din l-attitudni aggressiva fil-konfront tal-għalliema. Ħabbar ukoll li se tkun qed titnieda ‘emergency line’ biex f’każ li l-edukaturi jiffaċċjaw każ ta’ aggressjoni, huma jkunu jistgħu jirrapportawh. Dan filwaqt li se jkun qed ikun provdut lilhom servizz psiko-soċjali.

    Huwa temm jgħid li l-MUT qed tinsisti li jiżdiedu n-numru tal-uffiċjali tas-sigurtà fl-iskejjel, u bl-istess mod għandu jiżdied n-numru tal-uffiċjali tal-pulizija filgħodu qabel tibda l-ġurnata tal-iskola, u wara nofsinhar fi tmiemha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0