Il-Ministru Owen Bonnici jingħata raġun fil-każ tal-Lowenbrau

  • Jan 10, 2019 13:22
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ngħata raġun mill-Qorti tal-Maġistrati meta dan qal li b’rabta mat-trasferiment tal-art tal-Löwenbräu f’Ħal Qormi, Zaren Vassallo iltaqa’ ma’ Jason Azzopardi u dan tal-aħħar qallu li se jfittxu kompromess.

    Id-Deputat Nazzjonalista kien fetaħ libell lill-Ministru Bonnici wara li qal li ħassu malafamat b’fatti ġodda li l-istess Ministru kien żvela dwar l-investigazzjoni li kien għamel l-Awditur Ġenerali dwar it-trasferiment tal-art f’Ħal Qormi.

    Dr Azzopardi xehed f’din il-kawża u saħaq li: “hija gidba faħxija li jiġi Owen Bonnici jgħid li jien iltqajt ma’ Zaren Vassallo biex insibu kompromess.”

    Minkejja dan, il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale, sostniet li l-Ministru Bonnici għamel il-kummenti tiegħu bbażati fuq xhieda mogħtija bil-ġurament minn Żaren Vassallo fil-Qrati tal-Ġustizzja, liema xhieda ma ġiet bl-ebda mod kontradetta mill-istess Vassallo. 

    Il-Qorti qalet li l-Ministru Bonnici kien qed jikkummenta dwar fatti li dak il-ħin jirriżultawlu sostanzjalment korretti, bbażat fuq xhieda ġuramentata ta’ persuna li fi kliem Bonnici huwa “magħruf ħafna għad-donazzjonijiet li jagħmel lill-Partit Nazzjonalista.”

    Il-Qorti nnotat ukoll ix-xhieda li ta Albert Mamo, li fi kliemha huwa persuna rispettabbli ħafna fis-servizz ċivili u għal ħafna snin kellu l-kariga ta’ Kummissarju ta’ Artijiet, li fix-xhieda  tiegħu stqarr: “Ċempilt mill-ewwel lil Ministru, għidlu isma’ dak iż-żmien kien Dr Jason Azzopardi, għidlu isma ġara hekk, hekk u hekk.” 

    Jirriżulta wkoll li mir-rapport tal-Awditur Ġenerali joħroġ ċar li meta ssir referenza għall-“Minister MFCC” tali referenza hi għal “the Minister MFCC the Hon Dr Jason Azzopardi, who was between March 2008 and December 2011 held the post of Parliamentary Secretary Revenue and Lands.

    Finalment il-Qorti qalet li: “l-assersjoni li kien għamel il-Ministru Bonnici, kienet waħda sostanzjalment korretta, bbażata fuq xhieda ġuramentata ta’ terza persuna, jiġifieri Nazzareno Vassallo, kif ukoll fuq dak li ġie rrappurtat fir-rapport tal-Awditur Ġenerali, filwaqt li għandha titqies ukoll bħala kumment politiku li dejjem isir fil-kamp politiku u li ċertament ma jistgħu qatt jitqiesu bħala kummenti malafamanti fil-konfront ta’ Jason Azzopardi.”

    Kien għalhekk li l-Qorti warrbet il-kawża ta’ libell miftuħa mid-Deputat Nazzjonalista u ordnatlu jħallas l-ispejjeż kollha tal-kawża. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0