€34,014 kumpens għal raġel li sofra diżabilità ta’ 25% wara inċident

  • Jan 10, 2019 15:20
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel li sofra minn diżabilità permanenti ta’ 25% wara ħabta bejn żewġ karozzi, ingħata kumpens ta’ €34,014 wara li Imħallef ta t-tort lil mara li baqgħet dieħla fuqu.

    Alfred Cuschieri fetaħ kawża fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra Mary Louise Refalo b’rabta mal-inċident li seħħ fis-sigħat bikrin tas-6 ta’ Lulju 2008, fi Triq Durumblat, Mosta.

    Cuschieri kien qed isuq wara li spiċċa xogħol part-time waqt il-festival fil-ġnien ta’ Hastings. Mad-daqqa huwa ntilef minn sensih u reġa’ rkupra s-sens tiegħu ġimgħa wara meta sab ruħu l-Isptar (ITU). 

    Fit-triq fejn seħħ l-inċident kienu qed isiru xi xogħlijiet u kien hemm barriers fil-ġenb tagħha b’tali mod li wieħed xorta seta’ jgħaddi minnha għax il-barriers ma kinux qed jgħalqu t-triq kollha.

    Il-karreġġjata li kien qed isuq fiha r-raġel kien hemm gandott. Skont ir-raġel, il-gandott kien mimli bit-torba jiġifieri seta’ jgħaddi min fuqu u ma kienx hemm xi ħofor li kienu qed jostakolawh milli jgħaddi. 

    Min-naħa l-oħra, skont il-mara, li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta, kienet qed issuq fuq in-naħa tagħha, bla dawl u l-gandott kien għadu mħaffer u ma kienx livell mat-triq u “min ried isuq fuq dik il-lane bilfors ried jiġi fuq il-lane tiegħi għax ma setax isuq fuq il-gandott.”

    Hija qalet ukoll li meta seħħet il-ħabta, Cuschieri kien qed isuq fil-karreġġjata tagħha għax “minħabba l-gandott ġie n-naħa tiegħi … u baqa’ dieħel ġo fija.” 

    Sadanittant, ir-ritratti esebiti fil-Qorti juru kif wara li seħħ l-inċident, iż-żewġ karozzi spiċċaw fil-karreġġjata ta’ fejn kien qed isuq ir-raġel. Juru wkoll frak riżultanti mill-ħabta fuq in-naħa tax-xellug, iżda mhux fuq in-naħa tal-lemin tat-triq.

    “Dan jindika li l-ħabta seħħet fil-karreġġjata tar-raġel, u mhux tal-mara, kuntrarjament għal dak li hija sostniet. Barra minn hekk, turi l-gandott mirdum kif qal ir-raġel, u mhux mikxuf kif sostniet il-mara,” innotat il-Qorti.

    Kien għalhekk li l-Qorti preseduta mill-Imħallef Grazio Mercieca, ma emmnitx ix-xhieda tagħha u qalet li “kjarament” l-inċident seħħ minħabba t-traskuraġni fis-sewqan tagħha li “nvadiet il-karreġġjata li kien qed isuq fiha r-raġel.” 

    Wara li qies diversi fatturi, l-Imħallef Mercieca kkundanna lil Refalo biex tħallas lil Cuschieri s-somma ta’ €34,104. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0