PL: “Konferma li Jason Azzopardi għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika dwar l-art tal-Löwenbräu”

  • Jan 10, 2019 15:46
  • Miktub minn iNews
"

    Wara l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ngħata raġun mill-Qorti tal-Maġistrati b’rabta mat-trasferiment tal-art tal-Löwenbräu f’Ħal Qormi, meta qal li Żaren Vassallo iltaqa’ ma’ Jason Azzopardi u dan tal-aħħar qallu li se jfittxu kompromess, il-Partit Laburista saħaq li fis-sentenza tagħha l-Qorti kkonfermat dak li l-PL ilu jisħaq.

    Fi stqarrija l-PL saħaq li huwa Jason Azzopardi l-politiku li kellu jerfa’ r-responsabbiltà għall-iskandlu tal-art tal- Löwenbräu li fost oħrajn ġab il-kundanna tal-Awditur Ġenerali.

    Jason Azzopardi kien mar il-Qorti wara konferenzi tal-aħbarijiet fuq is-suġġett mill-Partit Laburista. Iżda, mix-xhieda li semgħet u d-dokumenti li rat il-Qorti kkonkludiet li kellu raġun il-Partit Laburista li jsejjaħ lil Jason Azzopardi biex iwieġeb għad-deċiżjonijiet skandalużu f’dan il-każ.

    Fost oħrajn il-Qorti rreferit għax-xhieda ta’ Albert Mamo, li kellu l-Kariga ta’ Kummissarju għall-Artijiet kif ukoll għar-rapport tal-Awditur Ġenerali.

    Fis-sentenza jingħad: “mir-rapport tal-Awditur Ġenerali huwa ċar li meta ssir referenza għall-‘Minister MFCC’ tali referenza hija għal ‘the Minister MFCC the Hon Dr Jason Azzopardi.’

    B’hekk intqal li l-argumenti li saru mill-Ministru Bonnici, kif ukoll mill-Partit Laburista, kienu korretti għax kienu bbażati fuq dokumenti, inkluż fuq ix-xhieda ta’ Nazzareno Vassallo li minn dan id-deal kien l-iktar li mar tajjeb.

    L-istqarrija tal-PL ittemm tgħid li għaldaqstant Jason Azzopardi ma baqagħlux fejn idur u għandu jgħid minnufih jekk ux se jerfa’ r-responsabbiltà politika kif talbu l-Awditur Ġenerali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0