“Aktar kemm tattakkaw aktar jissaħħaħ Adrian Delia” … Herman Schiavone wara li nħarġu messaġġi allegatament fabbrikati

  • Jan 10, 2019 16:57
  • Miktub minn iNews
"

    Id-Deputat Nazzjonalista Herman Schiavone u li jappoġġja bil-kbir lil Adrian Delia, iddikjara li “lesti jagħmlu kollox biex iħammġu lill-Kap. Sadanitant il-kumitati sezzjonali wieħed wara l-ieħor jiddikjaraw il-fiduċja tagħhom f’Adrian Delia. Aktar kemm tattakawh aktar jissaħħaħ.”  Apparti dak li qal Schiavone, spikka dak li qal il-Kandidat Nazzjonalista Justin Schembri li qal li “dan mhux il-partit li naf, dan mhux il-partit li rrid naħdem fih”.

    Intant fuq għadd ta’ siti Nazzjonalisti hemm għadd kbir ta’ kummenti indirizzati lejn grupp fil-Partit Nazzjonalista li qed jopponi lil Adrian Delia. Kliem bħal ‘tradituri’ u ‘jekk jitneħħa ikun insult għalina it-tesserati’, jispikkaw f’ċerti messaġġi.

    Quddiem dawn il-messaġġi minn tesserati u attivisti jispikka is-skiet assolut ta’ ħafna mid-deputati Nazzjonalisti. Diversi attivisti qrib Adrian Delia, meta kkummentaw magħna dwar is-sitwazzjoni preżenti fil-Partit Nazzjonalista qalulna li “qatt ma kellna sitwazzjoni simili. Il-qasma hi kbira wisq. Tant hi kbira li hemm min kien jappoġġja lil Kap li issa qed jagħżel li jibqa’ gallarija jara x’se jiġri. Spiċċajna f’sitwazzjoni fejn jiġu fabbrikati messaġġi ta’ suppost konversazzjonijiet.Il-Partit qed ikissruh”.

    “Dan mhux il-Partit li naf, dan mhux il-Partit li rrid naħdem fih” - il-kandidat Nazzjonalista Justin Schembri

    Justin Schembri, kandidat għall-Partit Nazzjonalista, kiteb fis-sit soċjali tiegħu li l-Partit Nazzjonalista m’għadux jingħaraf u li l-Partit Nazzjonalista llum mhux il-partit li jaf hu u lanqas hu l-partit li jrid jaħdem fih.

    Hu jiddikjara li “jiena ġej minn familja li għandha għeruq aktarx Laburisti, u dan jista' jikkonfermah kulmin jafni sewwa. Madankollu, għax minn dejjem kelli interess partikolari fil-politika, u għax dejjem għaraft nixtarr il-politika, minn età żgħira ħassejtni inklinat lejn il-Partit Nazzjonalista. Dan għalkemm qatt ma kelli lil ħadd familjari fil-Partit  jew fil-politika inġenerali. Għaraft is-sejħa li nagħti sehmi fil-Partit Nazzjonalista għax il-politika tiegħu, dik li tħaddan id-demokrazija, il-governanza tajba, il-politika Ewropea u d-dinjità tal-bniedem, dejjem ġibditni lejh. Madankollu qatt ma niftakar żminijiet diffiċli daqstant fil-PN, lanqas fl-aħħar snin tat-tmexxija ta' Gonzi u dan iweġġagħni għax naf li l-PN qiegħed jitlef opportunitajiet importanti li jistabbilixxi lilu nnifsu bħala alternattiva vera għal Gvern li kien, u għadu korrott, anke jekk illum ma għandniex nitkellmu dwar hekk għax ilkoll medhija nippruvaw insewwu d-differenzi bejnietna. Dan huwa l-Partit li kiseb kisbiet kbar fosthom ir-rebħa elettorali tal-1987 kontra l-qawwa tal-MLP tat-tmeninijiet li tatna Malta aktar demokratika , imma l-istess partit, illum ma għadux jingħaraf.”

    Jenfasizza li “dan mhux il-Partit li naf, dan mhux il-Partit li rrid naħdem fih, għax jiena rrid Partit li jispira lill-poplu, li jinstiga l-politika, li jwettaq il-bidla, li jrawwem il-futur u li llum, ikun Partit li verament huwa Gvern alternattiv. Għalhekk, irrid nagħti l-enerġija kollha tiegħi biex nerġa' nibda nemmen li dan huwa l-Partit tiegħi, u ta' ħafna oħrajn li llum, bħali ma jistgħux jagħrfu lill-PN, għax il-Partit Nazzjonalista għandu d-dmir li jkun il-vuċi ta' ħafna Maltin li għandhom bżonn Oppożizzjoni, u li llum minħabba ħafna aġenda negattiva, ma hix l-Oppożizzjoni li naf tista' tkun taħt it-tmexxija attwali mmexxija minn Adrian Delia”.

    Il-Kumitat tal-PN tal-Belt Valletta jesprimi solidarjetà ma’ Adrian Delia

    Intant  waqt laqgħa tal-Kumitat miżmuma, l-istess kumitat esprima appaġġ u solidarjetà sħiħa mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr. Adrian Delia, kemm fil-kapaċità tiegħu bħala Kap kif ukoll, bħala raġel tal-familja u missier b'mod partikolari f'dan iż-żmien diffiċli. Filwaqt li nikkundanaw bil-qawwa kollha u bla ebda riserva lil dawk li qed jinqdew b'din is-sitwazzjoni familjari li qed tintuża għal tattiċi politiċi malizzjużi fil-konfront tiegħu”.

    Apparti dan il-membri kollha tal kumitat sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fir-Rabat għaddew riżoluzzjoni kontra l-attakki li saru fuq il-ħajja personali tal-kap Dr Adrian Delia. L-appoġġ kien wieħed assolut.

    Il-Kumitat Sezzjonali PN ta’  Ħal-Għargħur sostnew insostnu u kkonfermaw is-sapport tagħhom favur il-Kap. Qalu li “ninsabu lkoll magħqudin warajh għall-Partit Nazzjonalista aktar magħqud u aktar b’saħħtu. Aħna nħeġġu lil kull min għal xi raġuni tbiegħed mill-Partit biex jingħaqad magħna ħalli lkoll naraw lil dan il-Partit fejn verament jixraqlu. Ejjew ilkoll nimxu id f’id mal-Kap u d-Deputati Nazzjonalisti li verament jridu ġid għall-pajjiz, għall-Partit u għal kull persuna Maltija u Għawdxija.”

    Kien hemm ukoll il-kumitati sezzjoni ta’ Bormla, Żurrieq, l-Isla u oħrajn li taw l-appoġġ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0