Jibdew jgħaddu ġuri wara li serqu munita tad-deheb id-daqs ta' tappiera li tiswa $4 miljun

  • Jan 10, 2019 17:21
  • Miktub minn iNews
"

    Erbat irġiel qed jgħaddu ġuri wara li serqu munita tad-deheb id-daqs ta’ tappiera minn mużew fil-Ġermanja f’serqa li rat lill-akkużati jagħmlu użu minn sellum u karretta.

    L-awtoritajiet Ġermaniżi huma tal-fehma li l-munita Kanadiża li tiżen 100 kilogramma, magħrufa l-“Big Maple Leaf”, ġiet imdewba minn dakinhar li nsterqet mill-Mużew ta’ Bode f’Berlin, f’Marzu tal-2017.

    Prosekuturi qalu li tlieta mis-suspettati rnexxielhom jidħlu fil-mużew minn tieqa f’wieħed mis-sulari ta’ fuq tal-binja u għamlu użu minn sellu, ħabel u karretta biex irnexxilhom joħorġu l-munita minn vetrina tal-ħġieġ bullet-proof. Ir-raba’ suspettat kien uffiċjal tas-sigurtà impjegat mal-mużew u li qed ikun akkużat li għenhom f’din is-serqa.

    Il-munita, li għandha dijametru ta’ aktar minn nofs metru, għandha ħxuna ta’ tliet ċentimetri u hija magħmula minn deheb “ultra pur”, hija waħda minn sitt eżemplari li kienu prodotti miz-Zekka Rjali Kanadiża fl-2007. Il-munita kienet ġiet mislufa lill-mużew mill-proprjetarju tagħha, u hija stmata li għandha valur ta’ $4 miljun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0