€34,000 kumpens wara li waqa minn 'sausage ride'

  • Jan 10, 2019 17:57
  • Miktub minn iNews
"

    Żagħżugħ ta' 27 sena rebaħ kumpens ta' €34,730 lil żewġ persuni wara li dawm inżammu responsabbli għall-ġrieħi li sofra meta waqa' minn fuq 'sausage ride' fil-bajja tal-Għadira.

    Edward Schembri Wismayer fetaħ il-kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra Ronald Agius u Brian Dingli għax tal-ewwel kien organizza r-rikba u t-tieni kien qed isuq l-'speedboat'.

    L-inċident kien seħħ fis-6 ta' Lulju 2010 waqt li Schembri Wismayer kien riekeb is-'sausage ride' flimkien ma' grupp ta' studenti barranin.

    Huwa kien jaħdem bħala 'leader' mal-Easy School of Languages u l-iskola kienet tesiġi li jkun hemm 'leader' preżenti għal kull attivita.

    L-Imħallef Gratio Mercieca sema x'kellhom xi jgħidu kemm iż-żagħżugħ, kemm kollega tiegħu bl-isem ta' Owen Bonello kif ukoll iż-żewġ persuni li kontrihom infteħet il-kawża.

    Huwa emmen il-verżjoni ta' Schembri Wismayer u Bonello li l-'speedboat' nstaqet b'veloċita qawwija u b'ċertu manuvri perikolużi u rrimarka ċar u tond li ma jemminx il-verżjona orkestrata ta' Agius u Dingli fejn dawn qalu li kien il-ġuvni li ried li l-“banana” tinqaleb.

    Kien għalhekk li żammhom responsabbli għall-ġrieħi li sofra ż-żagħżugħ meta ħabat rasu ma' dik ta' studenta u spiċċa kellu jittieħed l-isptar fejn ġie operat għax kellu ksur fix-xedaq.

    L-Imħallef Mercieca ordnalhom biex bejniethom iħallsu €34,730 lil Schembri Wismayer għall-ġrieħi li sofra u l-ispejjeż li daħal għalihom biex seta jikkura lilu nnifsu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0