Libjan li qatel lil martu se jibqa' għomru l-ħabs

  • Jan 10, 2019 18:27
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Libjan li kien ikkundannat għomru l-ħabs wara li nstab ħati li qatel lil dik li kienet martu tilef l-appell għal tnaqqis fil-piena madankollu ngħata ċans li wara perjodu ta' snin jerġa' jagħmel din it-talba lill-awtoritajiet.

    Nizar Mustafa Al Gadi kien instab ħati li fil-lejl ta' bejn it-18 u d-19 ta' April 2012 qatel lill-Avukat Margaret Mifsud. Il-vittma kellha 31 sena.

    Il-katavru tagħha kien instab f'karozza ipparkjata fl-inħawi magħrufa bħala “Tal-Qrejten” ħdejn it-Torri tal-Għallis fil-limiti ta' Baħar iċ-Ċagħaq.

    Il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi u l-Imħallfin Joseph Zammit McKeon u Edwina Grima warrbu l-appell li għamlilhom fejn saħqu li dan kien “każ klassiku ta' vjolenza domestika li sfortunatament spiċċa bil-mewt tal-mara”.

    Huma rrimarkaw li hija kienet vittma ta' abbużi u manipulazzjoni min-naħa tar-raġel li ma riedx jaċċetta l-fatt li huwa ma setax jiddomina l-ħajja ta' uliedu u ta' omm uliedu aktar.

    It-tliet imħallfin żiedu li Dr Mifsud mietet “mewta ta' tbatija konsiderevoli” u semmew kif Al Gadi mhux biss ħasad ħajjitha imma ġiegħel lil uliedu jgħaddu minn trawma li għadha sal-lum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0