Matteo Renzi: “Ir-raġel li solva s-sitwazzjoni tal-immigranti jismu Joseph Muscat, u huwa l-Prim Ministru ta’ Malta”

  • Jan 10, 2019 18:46
  • Miktub minn iNews
"

    “Ir-raġel li solva s-sitwazzjoni dwar l-immigranti huwa Prim Ministru, iżda mhux dak Taljan. Jissapportja lit-tim ta’ Milan, iżda mhux Salvini. Jitħaddet sew bil-lingwa Taljana, iżda lanqas mhu Di Maio. Jismu Joseph Muscat, u huwa l-Prim Ministru ta’ Malta.” Hekk saħaq l-eks-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi fuq il-profil tiegħu ta' Twitter wara li lbieraħ il-Prim Ministru Muscat ħabbar li ntlaħaq ftehim biex id-49 immigrant li jinsabu abbord il-bastimenti Sea Watch 3 u Prof. Albrecht Penck se jkunu qed jitqassmu ma’ tmien pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa ħabbar ukoll illi mill-249 immigrant li ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta u ddaħlu f’pajjiżna fl-aħħar sigħat tal-2018, 131 se jkunu qed jiġu rilokati f’pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Dan filwaqt li 44 immigrant ieħor mill-Bangladesh se jkunu qed jintbagħtu lura wara li ma kkwalifikawx għall-ażil.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0