Jintemm il-proċess ta’ stampar tal-ewwel lott ta’ karta sigura li se tkun qed tintuża għall-passaport il-ġdid

  • Jan 10, 2019 19:53
  • Miktub minn iNews
"

    Aktar kmieni llum ġie fi tmiemu l-proċess ta’ stampar tal-ewwel lott ta’ karta sigura li se tkun qed tintuża għall-passaport il-ġdid. Aktar tard din is-sena se jkollna passaport Malti ġdid fost l-aktar avvanzati.

    “Il-poplu Malti għandu ferm għal qalbu l-kultura, l-identità u l-ivjaġġar; tliet elementi li se jkun qed jiġbor fih il-passaport Malti l-ġdid li se jkun qed jiġi ċċirkulat aktar tard din is-sena b’mod gradwali,” ħabbret dan is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi, Julia Farrugia Portelli waqt żjara li għamlet fl-uffiċċju ewlieni tal-kumpanija De La Rue f’Basingstoke u l-fabbrika li tipproduċi l-karta, Portals De La Rue, f’Bathford ir-Renju Unit.

    Din il-bidla gradwali hija ppjanata li tiskatta aktar tard din is-sena u meta wieħed imur biex jagħmel, jew iġedded il-passaport tiegħu, se jinħariġlu wieħed ġdid mingħajr ebda ħlas addizzjonali. Minkejja dan, dak eżistenti se jibqa’ validu sad-data tal-iskadenza tiegħu u jinbidel għal ġdid meta wieħed imur biex iġeddu. 

    F’dan il-kuntest, is-Segretarju Parlamentari rrimarkat kif il-passaport Malti se jkompli jkun fost l-aktar avvanzati fejn tidħol teknoloġija u sigurtà. Farrugia Portelli tenniet li minkejja l-fatt li l-passaport Malti huwa diġà sigur u konformi mal-ogħla standards internazzjonali, dak ġdid se jkollu elementi oħra ta’ sigurtà li se jagħmluh wisq aktar diffiċli biex tiffalsifika. 

    Fil-fabbrika ta’ Portals De La Rue, Farrugia Portelli, li kienet akkumpanjata minn uffiċjali tal-Aġenzija Identity Malta, setgħet tara l-proċess tal-istampar tal-karta li se tintuża għal dan id-dokument il-ġdid. Il-proċess beda mill-fabbrika ta’ Portals, li tissupplixxi l-karta sigura lil De La Rue biex imbagħad l-istampar tal-passaport il-ġdid se jsir fil-fabbrika ta’ De La Rue f’Malta.

    Il-passaport il-ġdid se jkompli jibni fuq dak ta’ qablu u fost il-karatteristiċi l-ġodda, se jkollu paġna ta’ identifikazzjoni li se tkun f’forma ta’ polycarbonate card mehmuża mad-dokument u laser engraved permezz tal-aħħar tekonoloġija. Minn barra l-fatt li l-karta nnifisha hija waħda sigura, il-passaport il-ġdid se jkun stampat b’inka speċjali fost elementi oħra ta’ sigurtà inkorporati fih bħal UV u visible fibreshigh quality cylinder mould watermarks u security thread. Bħal dak ta’ qablu, il-passaport il-ġdid se jinkludi fih ukoll ċippa elettronika biċ-ċertifikati diġitali mehmuża fiha li huma maħsubin sabiex tiġi vverifikata l-identità tal-persuna.

    Innovazzjoni fid-dokument ġdid tal-ivjaġġar huma l-paġni ta’ ġewwa. Dawn se jkollhom disinji u xeni li juru l-identità kulturali tagħna u l-wirt patrimonju Malti stampati b’inka speċjali. Dawn l-immaġini mhumiex intiżi għal raġunijiet ta’ estika biss iżda fihom elementi ta’ sigurtà moħbija bħala prevenzjoni għall-iffalsifikar tal-istess dokument.

    F’dak li jikkonċerna l-għotja tas-servizz, l-Aġenzija Identity Malta hija kommessa li dan ikun wieħed mill-aktar aċċessibbli. Għalhekk, wara numru ta’ diskussjonijiet li l-Aġenzija kellha mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabbiltà (KNPD) u mal-Foundation for Information Technology Accessibility (FITA), Identity Malta se tkun qed tagħmilha possibbli sabiex persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jużaw il-passaport tagħhom bl-aktar mod ħieles u indipedenti.

    Waqt l-istess żjara f’Portals De La Rue, is-Segretarju Parlamentari inawgurat id-design studio l-ġdid tal-kumpanija fejn hija faħħret l-operat etiku ta’ Portals u l-impenn tagħha lejn l-ambjent.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0