Se jibdew xogħlijiet f’Kemmuna fiż-żona magħrufa “Tal-Ful”

  • Jan 10, 2019 20:47
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima se jibda xogħlijiet f’Kemmuna fiż-żona magħrufa “Tal-Ful” biex sas-sajf li ġej dan il-post ikun jista’ jibda jintuża għall-ikkampjar. Dan qed isir bħala parti mill-implimentazzjoni tal-management plan dwar ‘Kemmuna u l-gżejjer tal-madwar’ hekk kif preparat mill-ERA.

    F’dan is-sit li se jiġi operat u mmaniġġjat minn Ambjent Malta, fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa biex issir ir-riabilitazzjoni neċessarja li se tinkludi fost l-oħrajn tindif u livellar tal-art, installazzjoni ta’ kontenituri għar-rimi tal-iskart kif ukoll se jitħawlu siġar indiġeni biex is-sit ikun jista’ jaqdi l-funzjonijiet meħtieġa bl-inqas impatt ambjentali possibbli. Hu stmat li x-xogħlijiet f’dan is-sit għandhom jitlestew sa Mejju ta’ din is-sena. Il-Ministeru għall-Ambjent jirrimarka li f’dan il-post biss l-ikkampjar se jkun permessibbli fuq Kemmuna. 

    Apparti x-xogħlijiet f’din iż-żona, se jibda xogħol ta’ riġenerazzjoni u ta’ riabilitazzjoni fiż-żona ta’ importanza ekoloġika viċin il-Bajja ta’ Santa Marija. Għal bosta snin - minħabba azzjonijiet irresponsabbli li seħħew f’din iż-żona - kienet qed issir ħsara ambjentali sostanzjali. Dan ix-xogħol se jkun koordinat minn Ambjent Malta taħt is-sorveljanza tal-ERA.

    Il-Ministru Herrera saħaq li bħala poplu rridu nifhmu u napprezzaw aktar il-fatt li filwaqt li importanti ngawdu n-natura permezz ta’ attivitajiet diversi, dawn l-attivitajiet għandhom isiru bl-inqas impatt ekoloġiku possibbli u b’aktar responsabbiltà.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0