Chris Said ‘interim leader’ sa Mejju?

  • Jan 11, 2019 07:00
  • Miktub minn iNews
"

    Is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista qed tkompli tikkomplka ruħha. Fl-aħħar sigħat, wara manuvri li kien hemm għaddejjin biex issir pressjoni fuq il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u manuvri oħra li jidher li huma intiżi biex saħanistra jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni, wasslu biex jidher li hemm pjani biex Chris Said, li ġie eżatt wara Adrian Delia f’dawk li huma termini ta’ voti fl-elezzjoni għal Kap, jinħatar interim leader sa l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali f’Mejju li ġej.  Għal dawn il-pjani, kien hemm risposta oħra minn naħa ta’ attivisti u dawk qrib Delia u din kienet il-mossa biex il-kumitati lokali wieħed wara l-ieħor jibdew jiddikjaraw fuq is-siti soċjali li qed jagħtu l-appoġġ unanimu tagħhom lil Delia. Attivisti qrib il-Partit Nazzjonalista ikkummentaw ma’ inewsmalta li huma qed jemmnu li d-Deputat Nazzjonalista Chris Said jista’ jgħaqqad il-Partit Nazzjonalista.  Inewsmalta għamlet kuntatt mad-Deputat Nazzjonalista Chris Said dwar dan. Hu qalilna nagħmlulu id-domandi bil-miktub, iżda baqa' ma weġibx.

    Attivist li tkellem ma’ inewsmalta qalilna li “fil-Partit Nazzjonalista bħalissa hemm sistema ambigwa ħafna. Gruppi jiddikjaraw appoġġ għall-Kap, waqt li għandna deputati Parlamentari li huma siktin u oħrajn jitolbu r-riżenja tal-kap. Hemm manuvri kbar għaddejin biex jittieħdu deċiżjonijiet u jkun hemm tmexxija ġdida”.

    L-istess attivist qalilna li “dawk li jridu li jinteħħa Adrian Delia minn Kap, qed jaħdmu fuq pjan biex Chris Said jitpoġġa bħala kap interim sa l-elezzjoni tal-MEP’s li se ssir f’Mejju. L-iskuża li qed tinġab hi dik li hu ġab it-tieni l-akbar ammont ta’ voti fl-elezzjoni għal Kap Nazzjonalista.  Jidher li dawk qrib Chris Said għoġbitu din l-idea, bi Chris Said fl-aħħar sigħat jingħaqad ma’ deputati oħra Nazzjoalisti fosthom Jason Azzopardi, Claudette Buttigieg u Roberta Metsola li tkellmu b’ton pjuttost kritiku lejn il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia minħabba li fetaħ libell lil LovinMalta”.

    L-istess attivist qalilna li “persuni qrib Chris Said jemmnu fermament li jekk Said ikun kap interim hu jista’ verament itejjeb ir-riżultati tal-istħarriġ tal-opinjoni pubblika u b’hekk ikun jista’ jikkontesta għal kariga ta’ kap waħdu.”

    L-istess attivist qalilna li “l-problema li hemm u li mhux jarawha dawk ta’ Chris Said hi dik li dawk li bħalissa qed jimbuttaw lil Chris Said, fl-elezzjoni għall-kap ħadmu għal Alex Perici Calascione. Jista’ jkun li wara dawn jarmuh biex mta ssir elezzjoni  għal kap jimbuttaw lil xi ħadd ieħor, b’Roberta Metsola tissemma’ b’mod insistenti”.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0