L-Aħwa Keith u Kurt Camilleri b’avventura ġdida ġewwa l-Italja

  • Jan 11, 2019 09:21
  • Miktub minn iNews
"

    L-aħwa promettenti Keith Camilleri, li għadhu kif rebaħ il-kampjonat Malti, Enemed Hillclimb Championship organizzat mill-Island Car Club u Kurt Camilleri, li spiċċa fuq il-podju waqt il-hillclimb Masters ġewwa Gubbio ġew mistiedna għall-provi mat-tim tal-Lamborgini fejn ser isuqu karozza tal-Kategorija Super Trofeo. Karozza b’chassis Dallara u b’magna Lamborgini b’potenza ta ‘620BHP. Il-provi ser isiru nhar it-tlieta 15 ta Jannar, ġewwa iċ-ċirkwit internazzjonali ta Adria. Is-sewwieqa Maltin ser jkunu il-ħin kollhu taħt is-superviżjoni professjonali tat-tim Lamborgini.

    Keith u Kurt Camilleri huma tnejn mis-sewwieqa ta Camilleri Racing Team immexxi minn missierhom Hubert Camilleri li tul il-karriera tiegħu rebaħ il-kampjonat Malti tal-Hillclimb xejn inqas minn 13 il-darba. Iċ-Ċirkwit Internazzjonali ta' Adria huwa twil 2.7 Kilometri, u jinsab fir-reġjun ta' Veneto fin-naħa ta' fuq tal-Italja.

    Din l-esperjenza għandha tipprovdi taħriġ uniku lill-aħwa Camilleri li mistennija tgħinhom immens fil-futur tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0